Id-Defnisti ħsiebhom f’ Anġlu Gafà u dejjem jgħajruh. Taħt Anġlu Gafà issolvew ħafna każijiet inkluż ħafna omiċidji però fi żmien John Rizzo li taħt imnieħru bdiet gwerra ta’ omicidji stil mafjuz, qatt ma kienu jkunu solvuti. Għalhekk il-ġlieda nfirxet u l-aħwa Degiorgio kibru fis-saħħa tagħhom fil-piramida tal-kriminalità laħqu l-quċċata.
Skont id-Defnisti Anġlu Gafa mhux tajjeb però Rizzo tajjeb. Kieku John Rizzo sab tarf l-aħwa Degiorgio forsi l-qtil ta Daphne seta’ kien evitat.
Imma agħar minn hekk, meta żewġha Peter akkużaha bi vjolenza domestika fi żmien John Rizzo mhux talli ma tressqitx arrestata u tefghuha l-ħabs, talli meta kitbet email lil żewġha biex twerwru u jirtira l-akkużi, fl-ewwel sentenza tal-email tagħtu l-mobile personali ta’ John Rizzo u qaltlu biex iċempel lilu u jirtira kollox.
Email ta’ bullying tal-waħx fil-konfront ta’ żewġha li kienet għadha kemm ferietu.
L-email li ntbagħtet fid-9 ta’ Diċembru 2009 fil-11:12am, taqra’ hekk;
“This is the police commissioner’s personal number – 7949 1**0. If you ring him, he will instruct his juniors not to proceed, even before it reaches court.”
Mbagħad meta kienet akkużata b’ hit and run f’xhieda fil-qorti rappurtata fil-Maltatoday l-pulizija xehedu hekk;
“Investigations resulted that the car belonged to columnist Daphne Caruana Galizia and the Inspector instructed that the accused is spoken to and her vehicle inspected. Officers from the Msida station called at residence of the accused but although the BMW was in the driveway nobody opened the door. Three days later the inspector spoke to Daphne on the phone and asked her to call at the Msida Police station but she refused and insisted that if the Inspector keeps calling her she will inform the Police Commissioner.”
Daphne Caruana Galizia kienet tistma’ lil John Rizzo qisu l-poodle tagħha. Ma kinetx taf li bl-inkompetenza u traskuraġni tiegħu l-aħwa Degiorgio kienu qed jibnu imperu li kien se jispiċċa jeqridha.