Arnold Cassola jinten seba’ pesti

Neville Gafa

~ 3 days ago

Arnold Cassola jinten seba’ pesti

Arnold Cassola, dak li jinten seba’ pesti, ħareġ b’oħra ġdida. Allega li Karl Stagno Navarra u jien tajna ordni lill- Prim Ministru sabiex jerġa’ jingaġġa persuna li kienet sospiża.

 

 

 

Dikjarazzjoni bħal din lanqas it-tfal ma jazzardaw jagħmluha. Minn naħa l-oħra nifhem li l- għan tiegħu huwa li jdaħħal feles bejnietna. Nista’ nserraħlu rasu li qed jeħli l-ħin.

 

Arnold Cassola,

 

Issa ħalli nistaqsik dak li l-ebda politiku jew ġurnalist qatt ma staqsiek;

 

Int ġieli xtrajt u biegħet proprjetà?

 

Jekk iva, mela int tissejjaħ żviluppatur. Mhux hekk?  Mela f’dak il-każ allura int żviluppatur u ippokrita!

 

Jekk int żviluppatur, tista’ tiddikjara kemm il-proprjetà għandek?

 

Tista’ tiddikjara kemm il-proprjetà xtrajt u biegħet?

 

La temmen fit-trasparenza mhux se jkollok problema twiegeb.  Mhux hekk Cassola?

 

Arnold Cassola

 

 

Naf li diġà staqsejtek u ppruvajt taħrab minnha.

 

Mela ħa nżidu biċċa oħra.

 

Fl- Lulju tas-sena l-oħra, tifla ta’ 15 – il sena waqgħet f’ħofra barra blokka ta’ appartamenti fi Triq is-Swieqi, Swieqi. Minn investigazzjoni li għamlet The Times irriżulta li din il- blokka hi ta’ ħadd ħlief….Arnold Cassola. Irriżulta wkoll li din il- ħofra kienet ilha xhur mgħottija b’ biċċa injama.

 

 

 

Prosit għalik Sur Cassola! Kemm kont pront tippoppa sidrek u ħriġt tiftaħar li għattejt il- ħofra kif suppost, wara li setgħet mietet tifla!

 

 

Bgħatu għalik il-Pulizija dakinhar? Int li dilettant tattakka lil Anglu Gafa, dakinhar ma attakkajtx lill-Kummissjaru tal-Pulizija għax ma bgħatux għalik?

 

Kemm tiflaħ tkun falz.

 

U bil-ħaqq, jekk tridu tkunu tafu għaliex fil- bidu tal- artiklu għajjartu jinten seba’ pesti, morru staqsu għalih lill-aġenti tal- Partit Laburista u tal- Partit Nazzjonalista li jkunu l- Counting Hall waqt l-għadd tal-voti.

 

Jgħidulkom huma kemm jinten.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

1 Comment

  1. B. Borg May 15, 2025

    Minn kif iddiskrivejtu biex jaqla’ x’jiekol, jissejjah “speculator” ukoll.

    Issa jigi jilmenta fuq il-prezz tal-propjeta’?

    Reply

Leave a Comment B. Borg Cancel Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *