L-aħħar stħarriġ tal-MaltaToday juri differenza enormi ta’ fiduċja bejn Robert Abela u Bernard Grech, messaġġ ċar ta’ sodisfazzjon mill-poplu Malti lejn il-Gvern Laburista.
Stħarriġ ġdid ippubblikat minn MaltaToday ikkonferma dak li ħafna diġà qed iħossu fil-komunitajiet tagħna: il-Prim Ministru Robert Abela għandu vantaġġ enormi u dejjem jikber fuq il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech. Il-messaġġ mill-poplu hu ċar — favur id-direzzjoni li ħa pajjiżna taħt it-tmexxija tal-Gvern Laburista.
Dan m’huwiex biss kwistjoni ta’ popolarità. Huwa kwistjoni ta’ fiduċja u riżultati.
Kif Jinftiehmu In-Numri
Id-differenza kbira ta’ fiduċja bejn il-Prim Ministru u l-Kap tal-Oppożizzjoni ma ġietx b’kumbinazzjoni. Din tirrifletti sentiment aktar profond fil-poplu:
– Fiduċja fit-tmexxija: In-nies jemmnu u konxji li l-Gvern Laburista qed jagħti riżultati fl-ekonomija, l-infrastruttura, l-innovazzjoni u bosta oqsma oħra.
– Ċaħda għall-politika negattiva: L-istrateġija tal-Oppożizzjoni li taħdem biss fuq kritika negattiva u bla proposti ċari, falliet.
– Għażla għall-istabbiltà: Fi żmien globali ta’ inċertezza, il-poplu jippreferi tmexxija stabbli.
Dan l-istħarriġ mhux eċċezzjoni. Hu parti minn mudell konsistenti li juri fiduċja dejjem tikber fil-Gvern, u nuqqas ta’ fiduċja fl-Oppożizzjoni.
X’Jfisser Dan Kollu?
Differenza daqshekk kbira bejn żewġ mexxejja politiċi m’hix sempliċement ċifra. Huwa riżultat li jirrifletti kif l-elettorat qed iħares lejn iż-żewġ partiti politiċi ewlenin.
Turi li l-Gvern Laburista qed iwettaq dak li wiegħed.
Turi li l-poplu ma jixtrix il-kampanji tal-biża’ u qerq tal-Partit Nazzjonalista.
Turi li l-Oppożizzjoni qed tfalli milli tidher bħala alternattiva kredibbli.
Messaġġ lill-Poplu — u lill-Oppożizzjoni
Lill-poplu Malti: il-vuċi tagħkom qed tinstema’. L-appoġġ tagħkom hu mandat biex nibqgħu mexjin ’il quddiem — nibqgħu nwettqu r-riformi, nibnu u ninvestu fil-futur ta’ pajjiżna.
Lill-Oppożizzjoni: in-numri jitkellmu. Jekk tibqgħu tmaqdru lill-Gvern fil-vojt u tfallu milli tiġġeddu, dan il-vantaġġ favur il-Partit Laburista se jkompli jikber.
Il-Gvern Laburista se jibqa’ ffukat fuq riżultati, mhux teatrini. U l-poplu, kif juru b’ċar in-numri, kien, għadu u se qed jibqa’ warajh.
3 Comments
Jien l-appogg naghtih lil partit u mhux lil Robertpn
B .Borg,, Dritt li hadd mu icahadulek, lanqas kemm tpeclaq fil-vojt.
Il-PNEEEEEE qabad it-triq tan-nizla minajr brakijiet min mindu ingarza mas sahara tal-bidnija. Darba lejn it-2008 wara telfa eletoraly ghazlu erba min nies tghahom stess biex jistudjaw xwassal ghat-telfa, u dawn ir-raportaw li likbar kontribjut ghat telfa kient is-sahara tal-bidnija, imma dawk lingazati mahha hbewh dak ir-raport.