Il-Partit Laburista miexi lejn l-ikbar rebħa elettorali fl-istorja tal-pajjiż. Ftit tal- ġimgħat ilu, il-Prim Ministru Robert Abela qal li jekk il-PN jibdlu l-Kap, jaħsadhom u jagħmel snap election.
Dakinhar dan is-sit kien kiteb li elezzjoni bikrija ma kienitx se ssir għaliex il-PN mhux se jibdel il-Kap. Dan għax dak ma jiddeċieduhx il-partitarji iżda l-familja Fenech Adami, u l-familja Fenech Adami iridu li Grech isodd it-toqob sakemm jilħaq Kap wieħed mill-familja tagħhom stess.

Eddie u Beppe Fenech Adami.
Jidher iżda li wara s-survey tal-Ħadd ippubblikat mill-Malta Today, saret pressjoni qawwija fuq il-familja Fenech Adami, b’dawn tal-aħħar iċedu u jiddeċiedu li Bernard Grech għandu jwarrab b’ effett immedjat. Dan għall-fatt li l-ħsara li saret lill-Partit Fenech Adami hija ħafna akbar minn dak li kien qed jiġi mbassar mill-istess familja Fenech Adami.
Jidher ċar li ta’ Fenech Adami ħadu falza stikka fil-kalkoli, li wasslet sabiex tittieħed id-deċiżjoni li jinħatar Kap tal-Partit ġdid. Interessanti l-fatt li l-preokupazzjoni ewlenija tal-familja Fenech Adami mhux li l-Partit jinsab fi kriżi kbira, iżda l-biża’ li jduru għalihom per konsegwenza, b’riskju kbir għall-poter u l-kontroll assolut tagħhom fil-Partit.
Aktar dettalji fil-ħin li ġej.
3 Comments
Elezzjoni Bikrija?
Twassal lil Robert Abela Fl-ahhar tal-mixja politika tieghu.
Most of the electorate had enough of him.
Elezzjoni bikrija ? Din hija decizjoni tal PM. Imma l PM jirraprezenta partit u l partit huwa ffurmat mil partitarji. Think twice.
Ma naqbilx ma elezzjoni bikrija. M hemmx ghalfejn. Ejja naghmlu iz zmien kollu li suppost. Imbilli jaghmlu lil metsola??? Tghid mhux ha tikkonvinci laburist biex jivvutala. Dik QATT ma nahfrula li ghamlet lil kbir Joseph muscat