Meta l-Partit Laburista Jmur fuq l-Attakk, l-Oppożizzjoni Titkisser

Neville Gafa

~ 2 days ago

Meta l-Partit Laburista Jmur fuq l-Attakk, l-Oppożizzjoni Titkisser

Fil-bidu ta’ din is-sena, dan is-sit kien ċar ħafna: ma stajniex nibqgħu niddefendu—kellna nibdew nattakkaw.

 

Dakinhar għidna li l-Partit Laburista ma setax jibqa’ ċass, bin-Nazzjonalisti jxommu d-demm u jieħdu pjaċir. Għax wara l- elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew, tal-PN bdew jemmnu fir-rebħ. Bdew jemmnu li rebħa tista’ ssir ssir realtà.

 

https://nevillegafa.com/2025/01/01/l-aqwa-difiza-huwa-l-attakk/

 

Dan is-sit kien l-uniku leħen Laburista li kellu l-bajd jikkritika u fl-istess waqt jisħaq li kien wasal il-waqt li nqumu mir-raqda politika u nerġgħu nibdew nikkmandaw aħna. Konna sirna Partit reattiv u mhux aktar proattiv. Inbaxxu rasna għal kull ma kienu jgħidilna erba’ ħutiet żgħar li jagħmlu ħafna storbju però ma jiswewx karlin.

 

Il-messaġġ li wassalt dakinhar lit-Tmexxija Laburista kien wieħed ċar- Jekk trid tirbaħ, trid tattakka. L-aqwa difiża huwa l-attakk.

 


Illum,
sitt xhur wara, l-istorja hi waħda kompletament differenti. L-aħħar stħarriġ politiku tal-MaltaToday ippubblikat il-Ħadd li għadda jagħtina l-prova li meta l-Partit Laburista jixgħel il-magni tiegħu u jmur fuq l-attakk, l-ebda Oppożizzjoni ma toqgħod quddiemu.

 

In-numri huma ċari: il-Partit Laburista għandu vantaġġ ta’ 13.6 punti perċentwali  fuq il-Partit Nazzjonalista—ekwivalenti għal 38,802 vot. Dan l-appoġġ huwa riżultat għal bidla fl-istrateġija – Strateġija aktar aggressiva, aktar diretta.

 


Il-PN jidher aktar 
mitluf, reattiv u bla viżjoni.

 

Il-partit reġa’ ħa l-kontroll, reġa’ qabad ir-ritmu, u tefa  lill-PN fi stat ta’ konfużjoni – meta bdew jemmnu li bdew jerġgħu jqumu fuq saqajhom.

 

Illum erġajna qed naraw Partit Laburista ifassal l-aġenda nazzjonali, u jġiegħel lill-Oppożizzjoni tgħaġġel biex forsi tlaħħaq miegħu.

 

L-istħarriġ  tal-Malta Today mhux biss huwa twissija ċara għal min ħaseb li wasal iż-żmien li  jgħaffiġna, iżda huwa sinjal ċar li meta tal- Labour nattakkaw, aħna noħorġu rebbieħa.

 


U
l- gwerra għadha se tibda tibda.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *