Il-jum tal-24 ta’ Ġunju 2025 jista’ jibqa’ mfakkar bħala dak il-jum li l-Partit Nazzjonalista tilef l-elezzjoni ġenerali li jmiss.
Aktar kmieni llum, Adrian Delia ħabbar uffiċjalment l-intenzjoni tiegħu li jerġa’ jikkontesta għall-kariga ta’ Kap tal-Partit Nazzjonalista. Dan l-iżvilupp wasal b’sorpriża għal ħafna iżda wkoll bi tħassib għal maġġoranza tan-Nazzjonalisti.
Hekk kif il-partit għadu qed jissielet biex jirkupra wara diversi telfiet elettorali u perjodi twal ta’ ġlied intern, kull Nazzjonalist jaf li Adrian Delia ġab l-agħar riżultati għall-PN f’kull elezzjoni ġenerali li mexxa l-Partit, kif ukoll fl-elezzjoni tal-Parlament Ewropew tal-2019, fejn saħansitra l-PN kien tilef t-tielet siġġu. Meta mqabbla ma ta’ Delia, ir-riżultati ta’ Bernard fl-2024 kienu eċċezzjonali.
Kollox iħoll u jorbot dwar jekk Delia hux se jkun qed jiġi ikkontestat għal din il-kariga, għaliex fl- eventwali li ma jkunx hemm ebda kontestatazzjoni, allura Adrian Delia jiġi kkonfermat Kap tal-Partit Nazzjonalista.
B’ hekk, il-24 ta’ Ġunju 2025 jista’ jibqa’ mfakkar bħala dak il-jum li l-Partit Nazzjonalista tilef l-elezzjoni ġenerali li jmiss.
1 Comment
As I said. IL-PNEEEEEE TOAST MAHRUQ.