The Maltese Herald – Organizzazzjoni Kriminali

Neville Gafa

~ 2 days ago

The Maltese Herald – Organizzazzjoni Kriminali

Ftit ġimgħat ilu, il-kumpanija tal-pubblikazzjoni ta’ Mark Camilleri, Dar Camilleri, ingħatat kuntratt ta’ €25,000 mill-Arts Council. €25,000 minn fondi pubbliċi direttament fil-but ta’ raġel li jgħix fuq theddid, intimidazzjoni, u terroriżmu psikoloġiku. Dan hu l-istess Mark Camilleri li jmexxi l-website falluta The Maltese Herald bl-istess mod li titmexxa organizzazzjoni kriminali. Juża messaġġi privati u theddid biex joħloq element ta’ biża’ fuq politiċi Laburisti, negozjanti, u professjonisti fosthom avukati.

 

Dar Camilleri contract


L-Imħallef Toni Abela kien ċar fil-qorti – Camilleri mhuwiex ġurnalist. Hu terrorist psikoloġiku li juża l-intimidazzjoni bħala l-arma ewlenija tiegħu biex jeqred lil kull min jostakolalu t-triq jew ma jaqbilx mal-aġenda miegħu.

 


Se nkun ċar: kull negozju u entità li b’xi mod jew ieħor jiffinanzjaw The Maltese Herald qed jiffinanzjaw terroriżmu psikoloġiku. Qed jiffinanzjaw xibka kriminali li għandha għan wieħed – li tattakka, tgħajjar, thedded u teqred Politiċi Laburisti, mexxejja tan-negozji, u professjonisti rispettati f’Malta.

 

Dan is-sit mhux se jibqa’ sieket. Se nkunu qed nesponu kull negozju u entità li jagħżlu li jsostnu din l-organizzazzjoni kriminali. Dawk li qed jiffinanzjaw ‘The Maltese Herald’, qed jiffinanzjaw it-terroriżmu psikoloġiku. U se nkunu qed nagħmlu kruċjata kontrihom. 

 

Wasal iż-żmien biex dan ix-xibka malinna tinqered. Din hi biss theddida għad-Demokrazija, għall-ekonomija tagħna, u għal kull ċittadin ġenwin.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

1 Comment

  1. saviour stivala July 3, 2025

    long before you wrote this article, having seen the EUROSPIN adverts bombardment on his blog I felt so offended that I stopped my regular custom at EUROSPIN,

    Reply

Leave a Comment saviour stivala Cancel Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *