Is-serp u s-sistema kontinwa tal-frodi u manipulazzjoni

Neville Gafa

~ 1 day ago

Is-serp u s-sistema kontinwa tal-frodi u manipulazzjoni

Kif diġà tennejna, apparti l-frodi tal-petrol mill-Ministeru li kien jaħdem fih fl-2013, apparti l-frodi ta’ mijiet ta’ ewro mingħand il-bdiewa qabel l-2013, dan saħansitra ffroda ukoll lil żviluppatur  ewlieni fil-pajjiż.

 

X’kien jagħmel? Irnexxielu jikkonvinċih sabiex jimpjegah b’rata fissa fejn għal kull tender li jimlielu, jingħata ammont ta’ flus bħala pagament. Irnexxielu jikkonvinċi negozjant mustaċċun!

 

Sa issa xejn ħażin.

 

Wara numru ta’ xhur jimla’ t-tenders tal-Gvern u tal-Kunsilli Lokali, dan l-iżviluppatur ewlieni, li kien iħallsu ma kull tender li jimla’, beda jinduna li ebda tender ma kien qed jintrebaħ. Wara investigazzjoni li għamel, isir jaf li dan is-serp kien qed jimla’ tenders fittizji, tenders skaduti għal numru ta’ snin, sabiex prattikament jitħallas ta’ xejn.

 

X’ġara hemm ukoll? Tkeċċa.

 

Però, illum il-ġurnata mbierek Alla, lil dan is-serp issibu idur fil-qalba tad-Dipartimenti tat-tenders, jagħti l-istruzzjonijiet, u aktar minn hekk, idur minn negozjant għal ieħor.

 

X’jagħmel biex jgħatti xturu? Jixħet it-tajn bil-moħbi lil dak u lil ieħor, b’informazzjoni fittizja u mmuntata, sabiex ċertu ġurnali u blogs jiffokahom fuq ħaddieħor u lilu iżommuh protett.

 

Min qed itih din l-awtorità kollha? Liema ras ‘kbira’ qed tħallieh jaġixxi b’dan il-mod moqżież?

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

1 Comment

  1. saviour stivala July 12, 2025

    Gafa. Mid dehra qalbna ha tertaqilna, ghara kif tghamel u hafef ftit lejn il-likk please.

    Reply

Leave a Comment saviour stivala Cancel Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *