PN = XEJN

Neville Gafa

~ 2 days ago

PN = XEJN

Minn Imsieħeb Laburista mill-Imġarr ta’ Malta

 

 

Jekk ma swiet xejn ir-riżenja ta’ Bernard Grech, almenu serviet biex il-Partit Laburista li tant inħobbu jagħmel żewġ dikjarazzjonijiet tassew importanti.

 

PN = CHAOS

PN = INSTABILITA’

 

 

Bla dubju li kien jonqos oħra li l-Partit Laburista ma ddikjarax: PN = XEJN. Xi ftisser din? Din tfisser li wara l-istorja glorjuża li jgħid li għandu l-PN ta’ iżjed minn 100 sena ħafna minnhom ikkaraterizzati m’alleanzi faxxisti, fuq quddiem ma’ Benito Mussolini li mhux biss kien jobgħod lil Malta imma ried li jeqridha, issa l-PN ġie relegat għal XEJN, XEJN tfisser ineżistenti, l-Ingliż għandu t-terminu ezatt NIL.

 

Għaliex forsi jkun hawn min jistaqsi li l-Partit Laburista u partikolarment aħna l-Imsieħba tiegħu, għandna ngħaddu kumment bħal dan? Aħna bħala Laburisti li sawwarna l-benniena demokratika ta’ pajjiżna fejn saħansitra tajna anke d-dritt tal-vot lin-nisa li sa żmien id-dlamijiet tal-PN ma kienx jeżisti, nemmnu li l-kompetizzjoni fil-politika għandha tkun b’saħħitha u meħtieġa ħalli l-poplu jkun jista’ jiġġudika u jagħmel il-paraguni.

 

Labour Governs

 

Bla dubju li l-paraguni qed isiru. Partit Laburista ħaj u dinamiku, b’amministrazzjoni friska u kreattiva f’kuntrast ma’ Partit li qed imut, jiddisintegra u issa wasal fix-XEJN.

 

Quddiem dan kollu, aħna bħala Laburisti, partikolarment aħna l-Imsieħba, jeħtieġ li nkomplu nagħtu l-impenn tagħna biex hekk kif qbiżna sittin fil-mija ta’ din il-leġislatura nifhmu iżjed x’inhuma l-weġgħat tan-nies u nindirizzawhom. Hu b’hekk biss li nibqgħu qrib ħutna ċ-ċittadini l-oħra u bla dubju hija r-riċetta li ser tkompli tagħtina l-kredibilita’ mal-elettorat.

 

Filwaqt li n-naħa l-oħra nifhmu li m’hemm XEJN, aħna nistinkaw biex ikompli joħroġ il-kuntrast bejn il-validita’ u x-XEJN. Hu dmir tagħna li nwasslu l-messaġġ f’kull ħin li ċ-ċittadin kien, għadu u jibqa’ jiġi l-ewwel.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

1 Comment

  1. saviour stivala July 13, 2025

    Il-pnnnnnn toast mahruq.

    Reply

Leave a Comment saviour stivala Cancel Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *