Minn Imsieħeb Tal-Partit Laburista mill-Imġarr ta’ Malta
Filwaqt li kellna żminijiet meta Laburisti akkaniti kienu jistaqsu lilhom infushom x’inhi l-ħtieġa li la darba tkun Laburist tkun anke msieħeb fil-Partit, illum iżjed minn qatt qabel dik il-mistoqsija bla dubju m’għandiex issir.
Għaliex dan? Meta persuna jkollha l-konvinċiment ta’ dak li tkun qedgħa twettaq u tagħraf li dak li jkun qed jiġri fil-pajjiż tagħna hu dejjem għall-ġid u l-glorja ta’ fuq kollox il-ħaddemin, għaldaqstant, tkun għażla naturali li l-istess ħaddemin partikolarment ikunu msieħba fil-Partit li twieled għalihom u l-eżistenża tiegħu hi ntrinsika għall-istess ħaddemin.

Partit Laburista
Kien, għadu u jibqa’ il-ħaddiem il-pern tat-tfassil tal-politika tal-Parit li għandu tant għal qalbu lill-istess ħaddiem. Huwa kull meta l-Partit Labursita jkun fil-Gvern li l-ħaddiem f’pajjiżna jieħu n-nifs u jogħla tarġa ‘l fuq. Huwa għaldaqstant mill-għeruq tal-moħħ ta’ dak li jkun li jagħraf il-ġid kbir li l-Partit Laburista jagħmel għal Malta tagħna. Għaldaqstant, it-temxxija tal-Partit Laburista tapprezza li bħala rikonoxximent tal-ħidma li titwettaq mill-istess Gvern Laburista, il-ħaddiema, iż-żgħażagħ, il-penżjonanti, ir-romol u l-familji jissiebħu fi ħdan il-Partit Laburista li fuq kollox jgħożż lil uliedu msieħba.

Duminku Mintoff
Is-sħubija fil-Partit Laburista timmotiva lill-Ammintrazzjoni tal-Partit u tixpruna lill-istess Partit biex ikompli joħloq il-ġid għall-Għawdxin u l-Maltin. Kull imsieħeb issa li ser niċċelebraw jum it-twelid ta’ Missier Malta Moderna, fis-6 ta’Awwissu, il-mibki imma qatt minsi Perit Duminku Mintoff, għandu jimpenja lilu nnifsu li jara li jsieħeb fil-Partit persuna oħra u bis-saħħa t’hekk bħala Laburisti li nħobbu lil pajjiżna nkunu qed inroddu lura lill-missierna l-Partit dak li jistħoqqlu, li jibqa’ l-akbar forza politika f’Malta biex ikompli jitkattar il-ġid u jitqassam b’ġustizzja.
1 Comment
Habib, meta l-partit isabbatlek il-bieb f’wiccek (u mhux fuq pjaciri personali) u tkun tajtu minn hinek ukoll meta min “jibbulja” laburisti bhalu u milghaqu n-nazzjonalisti ippatentjati, il-PL mhux ser jingabar.
Il-Bobby kissru l-partit.
Vote Bobby&co and get PN