Dalgħodu komplit tinstema’ l-kawża relatata ma’ freezing orders ta’ whud mill-akkużati dwar il-konċessjoni tal-isptarijiet. Xehdu 3 esperti Irlandiżi mqabbda mill-Maġistrat Gabriella Vella.

Vince Bradley
L-espert Vincent Bradley :
· Ma riedx iwieġeb meta kien mistoqsi ripetutament mill-avukat Vincent Galea, li qed jirrappreżenta lill-eks Prim Ministru Joseph Muscat, u anki mill-Imħallef Edwina Grima jekk ivverifikax li s-€60,000 li l-eks Prim Ministru Joseph Muscat tħallas mill-kumpanija Accutor kienu ta’ xogħolijiet li fil-fatt twettqu minn Dr Muscat.
· Ippressat biex jagħti tweġiba, Bradley qal li l-opinjoni tiegħu tinsab fl-inkjesta.
· L-avukat Galea rrimarka li fil-Qorti li tgħodd hija l-evidenza u mhux l-opinjonijiet u staqsa lill-espert Irlandiż fuq liema evidenza bbaża l-opinjoni tiegħu. Bradley mill-ġdid kien jaf iwieġeb biss li kollox jinsab fl-inkjesta.
· Ikkonferma illi l-eks Prim Ministru qatt ma ffirma kuntratti ta’ xogħol ta’ €30 miljun, is-somma li fuqha saret it-talba għal freezing order fil-konfront tiegħu.
· Qal li huwa ma kellu x’jaqsam xejn mal-freezing orders li inħarġu fuq il-bażi tal-inkjesta.
· Mistoqsi min fejn allura ġew il-figuri ta’ miljuni kbar li jissemmew fil-freezing orders, huwa wieġeb li dawn ħarġu bihom minn naħa tal-Uffiċċju tal-Avukat Generali.
· Mistoqsi jgħid jekk fil-konfront ta’ Dr Muscat, apparti s-€60,000 li tħallas minn Accutor ta’ xoghol li għamel, hemmx involuti flus oħra, l-espert wieġeb illi ma hemmx.
· Ikkonferma li qatt ma wasal għal konklużjonijiet dwar kemm kull individwu u kumpanija akkużati, allegatament irċevew mill-konċessjoni tal-isptarijiet.
· Iddefenda lill-espert ewlieni Jeremy Harbinson u qal li jifhem għaliex wara li tħallas €11 – il miljun tal-inkjesta, Harbinson kiteb lill-Qorti illi kien hemm bżonn ta’ iktar investigazzjonijiet.

Jeremy Harbinson
· L-avukat Galea staqsih jekk dal-kliem ifissirx li l-inkjesta tal-Magistrat Vella ma hiex konklussiva.
· Bradley qal biss li dak iridu jarawh l-avukati.
· Mistoqsi jekk kienx sorpriż bl-akkużi li inħarġu fuq il-bażi tal-inkjesta, l-espert wieġeb iva u le.
· Ikkonferma li huwa ma kienx involut fit-tfassil tal-akkużi waqt li qal li f’żewġ inkjesti oħra li ħadem fuqhom huwa, waħda relatata mal-kumpanija Kasco u oħra dwar kontijiet miftuħa fil-Panama, Dr Joseph Muscat ma jissemmix.
· Tul ix-xhieda tiegħu rrefera għal iktar minn darba għall-Magistrat Gabriella Vella li mexxiet l-inkjesta Vitals, bħala Gabriella.

Gabriella Vella
L-espert Ciaran Mcllwee :
· Għal ħafna mistoqsijiet li sarulu wieġeb illi ma jafx.
· Qal li r-rapport finali tal-inkjesta ma raħx u ma jafx x’fih.
· Qal li huwa ma kellux x’jaqsam mal-akkużi li inħarġu u mal-freezing orders.
· Xehed li l-ġurament dwar ix-xogħol tiegħu quddiem il-Maġistrat Vella ħadu online fl-2023 iżda meta l-avukat Galea ġibidlu l-attenzjoni li dokument li għandha l-Qorti juri li dan il-ġurament fil-fatt ittieħed fi-19 ta’ April 2024, l-ewwel qal li ma jiftakarx iżda iktar tard qal li qed jiftakar li ffirma fl-2024 għaliex kien biddel ix-xogħol.
L-espert Martin Neeson :
· Mitlub jgħid kemm kienet ir-rata ta’ ħlas tiegħu kull siegħa, Neeson ma riedx iwieġeb għaliex qal li din hija informazzjoni kummerċjali.

Vince Galea
L-avukat Galea baqa’ jisħaq li jagħti tweġiba għaliex mill-invoices ippreżentati joħroġ li intalab ħlas ta’ €230 fis-siegħa għax-xogħol tiegħu.
· Mistoqsi jikkonferma jekk huwa kienx jitħallas b’din ir-rata, l-espert wieġeb le u qal li kien jitħallas nofs dik ir-rata.
· Ikkonferma li ta kontribut fir-rapport tal-inkjesta iżda qal li l-aħħar kelma kienet ta’ Jeremy Harbinson.
· Qal li ma kienx involut fil-freezing orders u li qatt ma stabilixxa kemm allegatament l-akkużati ħadu flus mill-konċessjoni.
· Mistoqsi jgħid min wasal għal dawn l-ammonti Nelson ma kienx jaf iwieġeb.
· Fil-bidu tas-seduta, l-Imħallef Grima qalet illi l-Qorti għamlet kuntatt mal-espert Alan Heath biex jixhed fis-seduta tal-lum.
· Dan weġeb li jixhed biss jekk jitħallas. Huwa kien informat illi l-esperti ma jitħallsux biex jixhdu u meta reġa’ intalab biex jixhed, ma ta ebda tweġiba.
· Kellhom jixhdu wkoll l-esperti Callum Coulter u Rachel Ann Jamison iżda l-Qorti ma setghtex tistabilixxi kuntatt magħhom.
· L-Imħallef Grima qalet li hija lanqas indirizzi fiżiċi tal-esperti m’għandha.
· L-avukat Vincent Galea rrimarka li fadal 22 espert ieħor li jrid jixhed.
· L-Imħallef ordnat sabiex ir-Reġistratur tal-Qorti Kriminali jew il-Kap Eżekuttiv tal-Agenzija tal-Qorti jinformawha jekk jeżistux dawn l-indirizzi.
1 Comment
Il-Farsa tissokta u l-PN m’ghadux jirkeb fuqha.
Allura hemm I’d-dubji, Allura l-Qorti bhala instituzzjoni tista’ thalli l-kredibilta’ tisfaxxa f’pajjjiz demokratiku?