Li tistenna onesta’ mingħand mercenarju bħal Salvu Balzan huwa wisq.
Bil-mod imqalleb li bih kiteb l-ewwel paġna tal-Illum naħseb ħawwad anki lilu nnifsu.
Naf li kitibha hu għax ma hemmx firma. Hekk jagħmel meta jrid jimla bl-imbarazz u ma jkollux lanqas nies li daħlu għax-xogħol biex jaħdmu fuqha.
Fl-istess nifs tana titlu kontra l-Gvern, imbagħad sentenza kontra Joseph Muscat, imbagħad qabad l-unika biċċa fejn ta raġun lil NGOs, u nesa’ jsemmi l-bqija tal-affarijiet.
Rekord mondjali.

Crony Capitalism
Ftit taż-żmien ilu esponejna lil Ministri li jissussidjaw lil Mark Camilleri.
Wasal iż-żmien nesponu lil min iħallas lil Salvu Balzan biex taparsi jagħtihom parori, iżda juża flusna biex jirremetti kontra l-Laburisti.
3 Comments
Kull ġurnalist ser jagħti slant ġurnalistiku li jridu hu u skont l-aġenda li jrid imbotta hu. Il-verżjoni mogħtija taf tkun viċin il-verita’ jew bogħod mill-verita’. L-onus jaqa’ fuq l-individwu li qed jaqra jew jisma’ l-aħbar biex juża moħħu u jkollu moħħ kritiku li mhux kull ma jaqra jew jisma’ huwa vanġelu. L-edukazzjoni hija pern kruċjali f’dan ir-rigward.
L-informazzjoni trid tkun taf twiżina.
Iż-żmien għallimni, fl-aħħar minn l-aħar, għal flus u l-pożizzjoni kapaċi jbiegħu ruħhom.
To be fair, Salvu posted Joseph Muscat’s full commentary.