Tal-PN jattakkaw lil Clifton iżda ma jitniffsux dwar Varist

Neville Gafa

~ 10 months ago

Tal-PN jattakkaw lil Clifton iżda ma jitniffsux dwar Varist

Il-Ħamis filgħodu, Francine Farrugia, kunsilliera tal-Partit Nazzjonalista fis-Siġġiewi, ġiet mixlija b’ħasil ta’ flus u frodi, fil-funzjoni tagħha bħala manager fid-dipartiment tal-accounts fl-MCAST.

 

Farrugia hija waħda minn dawk l-estremisti li jqisu lil Daphne Caruana Galizia bħala eroj, u bħal sħabha ta’ Repubblika u dawk l-imbarazz ta’ Occupy Justice u Justice for Daphne, kemm ‘il darba kkummentat u tkażat u saħansitra akkużat lill-Gvern Laburista kif ukoll lill- ex Prim Ministru Joseph Muscat bħala korrotti.

 

 

F’dan l-artiklu minix se nidħol fil-fond dwar l-elitisti. Se jasal żmien fejn se nkunu qed niktbu u nesponu l-ħniżrijiet tagħhom.

 

Wara li osservajt dak li nkiteb mill-ġurnali indipendenti kif ukoll rajt x’ kellu xi jgħid il- Partit Nazzjonalista dwar dan il-każ, wieħed ma jistax ma jinnutax fatt stramb. Iva, stramb kemm hu stramb, jibqa’ fatt.

 


Rajna esponenti tal-Partit Nazzjonalista jattakkaw lill-Ministru Clifton Grima. Narrattiva kkordinata mid-Dar Ċentrali bil-għan li jippruvaw inessu n-nies li l-akkużata hija waħda minn tal-familja tagħhom.

 

Qabbdu mal-fatt kif l-Uffiċċju tal-Awditur Ġenerali kien ilu mill-2019 li xegħel bozza ħamra dwar il-kontrolli fuq il-payroll tal-MCAST.

 

Dak iż-żmien, l-NAO kien diġà sab nuqqasijiet, u li kien hemm problemi fil-mod kif taħdem is-sistema ta’ valutazzjoni.

 

Tajjeb ħafna.

 

Mela lkoll naqblu li r-rapport ippubblikat fl-2019 kien ikkomissjonat abbażi tas-sena 2018. Dak iż-żmien, il-Ministru tal-Edukazzjoni ma kienx Clifton Grima. F’dik il-funzjoni kien Evarist Bartolo. Bartolo baqa’ Ministru tal-Edukazzjoni sa Jannar 2020.

 

 

Iżda oħroġ ‘il għaġeb, ħadd mill-Partit Nazzjonalista jew mill-media indipendenti ma qal nofs ta’ kelma dwar Varist Bartolo. Bħal li kieku il-problemi bdew wara li Varist ma baqax Ministru tal-Edukazzjoni.

 

Tal-Partit Nazzjonalista jafu ben sew li Varist Bartolo kien wieħed mill-agħar Ministri tal- Edukazzjoni li qatt mexxa dan is- settur, iżda Varist jibqa’ wieħed mill-favoriti tal-Establishment tal-PN. Dawn il- qatta’ oqbra mbajjda se jibqgħu grati lejh għal dak li għamel sabiex fl-2019 Gvern Laburista kellu jgħaddi minn kriżi politika li wasslet sabiex jirreżenja Prim Ministru li kien għadu kemm tefa’ lill-Partit Nazzjonalista fl-abbissi għal dejjem.

 

Serrħu raskom- tal-PN m’hu se jattakkaw qatt lil Varist Bartolo. 

 

 

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *