Dan huwa Dr. Edward Debono. Edward u jien dejjem urejna rispett lejn xulxin li jmur lura aktar minn għoxrin sena. Illum Dr. Edward Debono kitibli hekk dwar Robert Aquilina ;
“Neville Mario Gafa – Hallu l familja tghix fil kwiet ta darha . Tikkapitalizzawx fuq d dizgwid normali f kull familja normali. Irrispettaw s sagralita’ tad dar tal jndividwu fejn wiehed ma martu u uliedu jsolvu l problemi li jinqalghu ta kuljum.”
Filwaqt li naqbel ma dak li talab sieħbi Edward, li wieħed għandu jirrispetta s-sagralita’ tad-dar tal- individwi, it-tweġiba tiegħi kienet waħda sempliċi u diretta;
“Edward DeBono, meta tħallu l-familji tagħna jgħixu fil-kwiet, imbagħad aħna nħallu tagħkom.”
Sempliċi Dr. Debono. Intom ilkom snin sħaħ tattakkawna bil-familji u b’uliedna. Issa sibtu lili minn Partit sħiħ li waqaftilkom u nsawwatkom bl-istess armi maħmuġa li tużaw intom bla ebda skruplu.
Ftakar ukoll li dak il-kodard li qed taqbeż għalih, li kien akkużat bi vjolenza domestika u arrest illegali ta’ martu, tgħidx kemm ħa pjaċir meta sar ir-raid fir- residenza ta’ Dr. Muscat, f’ħin li saħansitra kien hemm uliedu reqdin.
Edward, żomm din f’moħħok – ALLA JAĦFER ; GAFÀ MA JAĦFIRX.
1 Comment
”ALLA JAHDER, GAFA MA JAHFIRX” PROSIT GAFA, BLA KANTUNIERI.