X’ kienet tfisser ir-rebħa Laburista tal- 2013 għal Eddie Aquilina

Neville Gafa

~ 4 days ago

X’ kienet tfisser ir-rebħa Laburista tal- 2013 għal Eddie Aquilina

Matul l-aħħar jiem, fuq The Times of Malta ġew ippubblikati tlett artikli minn sensiela ta’ erbgħa miktuba minn ċertu Eddie Aquilina.

 

Artikli li huma litteralment riċiklati minn artikli ta’ seba’ snin ilu miktuba mill- istess Eddie Aquilina. Artikli li jixhdu l- frustrazzjoni ta’ dan l-individwu. 

 

Eddie Fenech Adami

 

 

Min hu dan Eddie Aquilina?

 

Eddie Aquilina kien il-“fotografu esklussiv” tal-Eks Kap u Prim Ministru Nazzjonalista Eddie Fenech Adami. Wara li għamel xi snin mistoħbi, għall-fatt li r-riżultat elettorali tal- 2013 ġabu jitkellem waħdu, fl- 2017 reġa beda jgħolli rasu u kien parteċipi waqt l-attivitajiet ta’ Occupy Justice.

 

F’waħda mill-istess attivitajiet ta’ Occupy Justice, Aquilina wkoll infexx kontra l-ġurnalisti ta’ ONE News u nstema’ jgħid li lilu jistgħu jiġbduh kemm iridu għax hu m’għandu xejn x’jaħbi u sebgħu dritt.

 

Eddie Aquilina juri l-karattru tiegħu waqt attività tad-Defnisti

 

Aħna nafu għaliex Eddie Aquilina imdorri jitkellem bi prepotenza – għaliex qatta’ madwar 20 sena viċin ta’ Richard Cachia Caruana.

 

 

Aquilina hu wkoll direttur u shareholder tal-kumpanija Promotion Services Ltd., minbarra li jirrappreżentaha legalment u ġudizzjarjament. Mis-sena 2000 sal-2013, il-kumpanija Promotion Services Limited, li tħaddan fiha d-dar tal-pubblikazzjoni Miranda Publishers, daħħlet iżjed minn €675,000 minn bejgħ ta’ kotba u servizzi oħrajn lil ministeri u entitajiet governattivi.

 

Minn Mistoqsija Parlamentari mressqa mid-Deputata Laburista Rosianne Cutajar  fejn staqsiet lil diversi ministeri jekk inxtrawx kotba mill-kumpanija, kemm kienet l-ispiża sena b’sena u jekk dan seħħx b’direct order jew b’tender, irriżulta li li €343,460.03, li jiġu aktar minn nofs is-somma globali ta’ €675,348.36, tħallsu mill-Ministeri għat-Turiżmu taħt it-tmexxija ta’ Michael Refalo, Francis Zammit Dimech u Mario Demarco rispettivament.

 

Mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru taħt l-istess Eddie Fenech Adami u sussegwentement Lawrence Gonzi nxtraw b’kemm jiswew aktar minn €69,500 f’kotba, reklamar fuq billboards, self ta’ ritratti, reklamar fuq kotba u sponsorships, ilkoll b’direct orders.

 

Mill-Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali, u l-entitajiet li jaqgħu taħtu (għalkemm sa qabel l-2013 kien ifisser li kienu jaqgħu taħt aktar minn ministeru wieħed), l-ispiża għal servizzi u kotba mill-kumpanija laħħqu iżjed minn €80,000; mill-Ministeru għall-Edukazzjoni tħallsu kważi €52,000 oħra; ftit inqas minn €44,000 mill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin; mal-€40,000 mill-Ministeru għas-Saħħa; u aktar minn €29,000 mill-Ministeru għall-Ekonomija.

 

Ministeri oħrajn, bħal dawk tal-Ambjent, tal-Finanzi, tal-Ġustizzja u tal-Intern, ilkoll wieġbu li l-ħlasijiet kienu jammontaw għal ftit eluf ta’ ewro fuq l-istess perjodu.

 

Dan biex lkoll nifhmu għaliex dan l-attakk fuq l-ex Prim Ministru Joseph Muscat. Ir-rebħa Laburista tal- 2013 kienet tfisser l- għeluq tal- vit għall-kumpanija ta’ dan Eddie Aquilina, sieħeb Eddie Fenech Adami u Richard Cachia Caruana.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

2 Comments

  1. saviour stivala August 17, 2025

    Eddie Aquilina ma kienx wahdu li fit 2013 habta u sabta nixfitilhom zejza prima.

    Reply
    1. B. Borg August 17, 2025

      Sewwa qed tghid. Il-hdura ma nibditx mix-xejn.

      Reply

Leave a Comment saviour stivala Cancel Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *