Delegazzjoni tal-Partit Laburista żaret it-tħejjijiet li għaddejjin bħalissa għall-konferenza li se tiftaħ għada minn SiGMA fil-Mediterranean Maritime Hub, il-Marsa.
Id-Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Partit Alex Agius Saliba qal li s-settur diġitali u tal-gaming huwa importanti għal Malta għax joffri opportunitajiet ta’ karrieri ta’ kwalità għaż-żgħażagħ Maltin u Għawdxin.
Irrimarka li konferenza kbira bħal din tiġġenera mhux biss flus fl-ekonomija tagħna, iżda wkoll eluf ta’ ħaddiema Maltin jitqabbdu biex jaħdmu kemm f’Malta u anke fil-konferenzi li qed isiru f’diversi pajjiżi barranin.
1 Comment
U mela ejja naraw kif naibu soluzzjoni hali event bhal dan ma jitlaqx barra mil pajjiz.