Meta kien qed iwieġeb Mistoqsija Parlamentari mressqa mill-Onorevoli DAVINA SAMMUT HILI, dwar kemm ġew deportati persuni barranin għax kisru l-liġi jew ma kellhomx id-dritt li jkunu f’Malta, il-Ministru BYRON CAMILLERI wieġeb li bejn l-2021 sal-31 t’Awwissu 2025, tneħħew 5,481 immigrant irregolari mill-pajjiż.

Davina Sammut Hili
Minn dawn, 2,298 ġew deportati lura lejn il-pajjiż tal-oriġini tagħhom.
Ir-raġunijiet ta’ tneħħija kienu jvarjaw minn persuni li ma kwalifikawx għall-ażil, persuni li nstabu jgħixu f’Malta b’mod irregolari u oħrajn li ġew ritornati b’mod volontarju.
In-nazzjonalitajiet kienu varji, fosthom; Bangladexx; Indja; Pakistan; Kolombja; Albanija; Eġittu; Serbja; Mali; Gambja; Niġerja; Ċad; Senegal.
Dan kollu jkompli jikkonferma r-rieda ta’ dan il-Gvern li jiġġieled l-immigrazzjoni irregolari f’pajjiżna. Gvern li jkompli jiggarantixxi is-sigurtà nazzjonali.
1 Comment
Daqshekk biss?