Il-Fergħat tad-Defnisti, Repubblika u Occupy Justice, attendew għal protesta kontra r-riforma fl-ippjanar.
Sa hawn xejn ġdid. Dawn huma l-istess ċorma ta’ nies li bidlu l-Monument tal-Assedju l-Kbir f’miżbla. Wieħed jista’ biss jimmaġina xi ħmieġ hemm ġewwa darhom, ġaladarba ma jiddejqux inittnu Monument Nazzjonali bi xbiehat koroh u żibel ieħor.
Iżda lura għall- protesta.
F’nofshom kien hemm Alex Borg, dak li sa ftit ġimgħat ilu kien wieħed minn dawk kontra tagħhom.
L-istess Alex Borg li ma jaqbilx mas- sagrileġġ li dawn il-faxxisti qed jagħmlu fuq il-Monument tal-Assedju l-Kbir.
X’inbidel f’temp ta’ ftit ġimgħat biex il-Kap tal-Oppożizzjoni biddel fehmtu u qed jilgħaq dak li kien jgħid dwar id-Defnisti?
Sempliċi.
Dak li jiġri meta tilħaq Kap ta’ partit b’maġġoranza ta’ 44 vot!
Nerġa nfakkarkom li fil-bidu tal-kampanja għal Kap tal-Partit Nazzjonalista, Alex Borg kellu kważi 10% distakk fuq Adrian Delia. Iżda kif beda jieħu ħsieb Simon Mizzi, dik li kella tkun ‘a walk in the park’ spiċċat f’tellieqa li kważi intilfet kontra bniedem fallut.
Għaldaqstant, dak li kien kontra kemm bi kliemu kif ukoll bil-fatti kontra Repubblika u Occupy Justice, spiċċa ostaġġ u maqbud mill-bajd minnhom.
Jekk wieħed jiġġudika lil Alex Borg wara xahar fil-kmand tal-PN, malajr jiġi għall- konklużjoni li dan huwa l-aktar Kap Nazzjonalista dgħajjef li qatt kellhom. Li bniedem fallut bħal Delia jkun dgħajjef qatt ma kienet sorpriża. Iżda dak li tela’ bl’għajta tal-bidla, u xahar wara biddel kompletament it-triq li kellu jmexxi minnha, juri biss kemm Alex Borg huwa l- aktar Kap dgħajjef fl-Istorja tal-Partit Nazzjonalista.
Għax jekk Alex Borg m’għandux saħħa jiġġieled kontra għaqda iżgħar minn każin tal-banda tar-raħal, aħseb u ara kemm hu b’saħħtu biżżejjed biex jikkompeti ma Robert Abela!
Aħna l-Laburisti nirringrazzjaw minn qalbna lit-tesserati tal-Partit Nazzjonalista għall-għażla li jagħmlu u eleġġew lil Alex Borg bħala Kap.
Għax Adrian Delia kien qrib jumiljah. Iżda Robert Abela mhux se jfalli.
1 Comment
Alex mat young and inexperienced and the PN restructuring is not close enough especially because of the dinosaurs are still roaming and remain influential.
Why not focus on Lawrence Gonzi’s godson,; Robert Abela?
His time is up and because of him incompetence and knee jerking the country is suffering.
Yesterday there was a protest and the attendance was not a small one, the protesters sent a strong and clear message,essage.
What are the politicians going to do, keep their heads buried in the sand or practice what they represent, us, the people. This is democracy all about.
Each day I strengthen my idea, when I vote in the coming election, I will not vote for the incompetent and greedy politicians. They don’t deserve to get a vote on the PL ticket.
Vote for those who practice, “Malta first and foremost “.