Alex Borg, Qed Tippretendi Skorta Sabiex Tibda Tasal Fil-Ħin Għall-Parlament?

Neville Gafa

~ 17 hours ago

Alex Borg, Qed Tippretendi Skorta Sabiex Tibda Tasal Fil-Ħin Għall-Parlament?

Fil-bidu tas-Seduta Parlamentari tal-bieraħ, spikka n-nuqqas tal-Kap tal-Oppożizzjoni.

 

Alex Borg, “il-kink” ta’ Għawdex wasal għas-Seduta Parlamentari tard.

 

Prosit Alex – Leading by example.

 

Għax Imbierka s-Sappjenza t’Alla, il-Kap tal-Oppożizzjoni wasal tard għax sab it- traffiku, għax skontu m’għandux skorta bħal ma għandu l-Prim Ministru.

 

Skuża li lanqas tan-Net News ma emmnu u naqqsu milli jikkkwotawha fl-artiklu tagħhom relatat mas-Seduta Parlamentari.

 

 

Alex Borg

Sur Kap tal-Oppożizzjoni, lanqas il-bqija tal-Membri Parlamentari m’għandhomx skorta, però kienu fil-ħin għas-Seduta. Ibqa’ ċert li bħalek sabu t-traffiku, però waslu fil-ħin għax ħasbu kmieni.

 

Nagħtik parir ġenwin; ikkura l-ossessjoni li għandek li trid tilħaq Prim Ministru wara xahar li lħaqt Kap tal-Oppożizzjoni. Ossessjoni li qed timlik b’għira lejn il-Prim Ministru.

 

Iva, int wasalt tard għas-Seduta, u ebda skuża banali m’hu se tiġġustifikak.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

3 Comments

  1. Vince October 8, 2025

    Bid-dovut rispett, kien kumment żejjed mill-Prim Ministru!

    Reply
    1. Joey October 8, 2025

      Setgħa l-Prim Ministru ma qal xejn imma mid-dehra kienet l-ewwel darba li Kap ta’ l-Oppożizzjoni daħal tard waqt li l-Prim Ministru kien għaddej jgħamel sqarrija li għalija kellu jwieġeb u jsaqsi hu. Xi ftit jew wisq jidher li Alex naqas mir-rispett dovut. Biss naqas dan meta wieġeb kif wieġeb bil-battuta ta’ l-iskorta minflok skuża ruħu u jsemmi biss li nqabad fit-traffiku. Li lagħab il-pity card naħseb li kien jidher isbaħ f’għajnejn il-pubbliku. L-agħar li għamel Robert kien meta għadda kumment fuq l-partner ta’ Alex biex iwieġbu fuq ta’ l-eskorta. Dik kienet veru żejda.!

      Reply
    2. Joey October 8, 2025

      Setgħa l-Prim Ministru ma qal xejn imma mid-dehra kienet l-ewwel darba li Kap ta’ l-Oppożizzjoni daħal tard waqt li l-Prim Ministru kien għaddej jgħamel sqarrija li għalija kellu jwieġeb u jsaqsi hu. Xi ftit jew wisq jidher li Alex naqas mir-rispett dovut. Biss naqas dan meta wieġeb kif wieġeb bil-battuta ta’ l-iskorta minflok skuża ruħu u jsemmi biss li nqabad fit-traffiku. Li lagħab il-pity card naħseb li kien jidher isbaħ f’għajnejn il-pubbliku. L-agħar li għamel Robert kien meta għadda kumment fuq l-partner ta’ Alex biex iwieġbu fuq ta’ l-eskorta. Dik kienet veru żejda!

      Reply

Leave a Comment Joey Cancel Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *