Il-Partit Nazzjonalista u l-akkolti tagħhom qed imexxu n-narrattiva li mindu laħaq Kap tal-Partit Alex Bor, il-PN għamel avvanzi politiċi kbar qalb l-elettorat.
Iżda kif jgħid il-Malti ; Alla ma ħamilx.
Stħarriġ ippubblikat fuq il-gazzetta ta’ seħibhom Salvu Balzan, u ikkummissjonat minn l-id il-leminija ta’ Alex Borg, wera’ li l-Partit Nazzjonalista għadu staġnat fejn kien taħt Adrian Delia wara l-Elezzjoni Ġenerali tal-2022.

Adrian Delia
Alex Borg poġġa lill-Partit Nazzjonalista 40,000 vot minn taħt. Eżattament fejn kien waslu Adrian Delia.
Però, dan l-istħarriġ jirrifletti fuq kollox ir-riżultat tat-tellieqa għall-ħatra ta’ Kap ġdid tal-Partit Nazzjonalista, fejn Alex Borg rebaħ lil Adrian Delia, politiku fallut, b’total fqir ta’ 44 vot biss.
L-elezzjoni għall-Kap tal-Partit kienet l-akbar survey li l-Partit Nazzjonalista għandu f’idejh. Għaliex ir-riżultat aħħari juri kemm it-tesserati kif ukoll il-partitarji Nazzjonalisti huma inċerti mill-mexxej li supoost se jkun qed iwassalhom għall- elezzjoni ġenerali li jmiss.
Għax ejja ngħiduha kif inhi; it-tesserati jirriflettu il-ħsieb u l-għażliet tal-partitarji Nazzjonalisti, u fl-elezzjoni għall-Kap ħareġ ċar li Alex Borg m’ għandux il-fiduċja ta’ 50 fil-mija tat-tesserati Nazzjonalisti.
Lil hinn minn kull narrattiva rħisa tal-PN u sħabhom, Alex Borg huwa bil-fatti, l-aktar Kap dgħajjef fl-Istorja tal-Partit Nazzjonalista.
2 Comments
I do not get this. Can you please enlighten me about the 40k you are citing? Wasnt MT’s survey putting the difference at just over 8k?
Mr Running Commentary, I do not get this (your comment – lack of understanding) but unlike you I know why. my lack of understanding is simply due to the fact that I don’t like reading that of which I don’t like.