Ix-xahar ta’ Settembru 2025 se jibqa’ mfakkar għal Adrian Delia bħala wieħed mill-aktar xhur diżastrużi fl-istorja politika falluta tiegħu.
Dan wara li f’temp ta’ ftit ġimgħat tilef it-tellieqa għall-ħatra ta’ Kap tal-Partit Nazzjonalista. Dan ma kienx biżżejjed, hekk kif Alex Borg ħatar lit-tabib Stephen Spiteri Kelliem tal-Oppożizzjoni għas-Settur tas-Saħħa propju flok Adrian Delia.
Li Adrian Delia jħassar kull meta ma jirbaħx, jafha kulħadd. Dan is-sit kien minn tal-ewwel li saħaq li jkun żball kbir jekk il- Partit Nazzjonalista jaħsbu li Delia se jbaxxi rasu għal dawn it-tumakki.
Propju fis-sigħat li għaddew, Cynthia Galea li hija s-sieħba ta’ Adrian Delia ħabbret li se tkun qed tikkontesta għal membru fl-eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista.

Cynthia Galea
Osservaturi politiċi li tkellmu ma dan is-sit stqarrew kif din il-mossa se tkun assigurazzjoni li Delia jkollu widna kif ukoll vuċi soda fl-eżekuttiv.
Minn hawn nawguraw lil Dr. Cynthia Galea kull suċċess għal din l-isfida ġdida.
Sadanittant, aħna l-Laburisti nerġgħu nirringrazzjaw lil Adrian Delia talli qed ikompli jkisser lill-PN.
4 Comments
Adrian Delia huwa politiku maħbub minn ħafna nies, inkluż bosta Laburisti. Adrian joqgħod attent li ma jweġġa lil ħadd bil-kummenti tiegħu u kien l-uniku mexxej tal-PN li pprova jinfatam mill-estremisti li ħakmu l-Partit. Il-motto tiegħu New Way, għandu validu sallum u hija -uniku triq li tista’ twassal lill-PN li jirbaħ elezzjoni ġenerali.
Vince. Delia tant hu mahbub li spicca TQATXAT min capo, ha cans ihor hu rega spicca bin-nofs ta dawk li ivutaw qallulu LE. Ghall linqas fill present 50% tal partit ma iridux.
Il-każi li semmejt int kulħadd jaf l-istejjer u manuvri li saru kontrih internament min-nies fil-PN. Li rreferjt għalih jien hu li Delia jgawdi appoġġ b’saħħtu ma’ l-elettorat u anke jgawdi simpatija kbira anke ma’ l-elettorat Laburista.
”Kulhadd jaf l-istejjer u l-manuvri li saru kontrih internament min-nies fil-PN”. Kollu veru. fta lowwel meta iprova jiqfilhom irnexilhom mux biss ikisruh imma keccewh ukoll. Metta regga iprova din id-darba b’tatika li jindehes maghhom irizulta li qabel ma dahluhulu billuh fir-ramel biex zgur jisolhuh.