Esklussiva : Artikli Pubblikati Minn Dan Is-Sit Wasslu Biex Delia Ma Jibqax Kelliem Dwar Is-Saħħa

Neville Gafa

~ 1 month ago

Esklussiva : Artikli Pubblikati Minn Dan Is-Sit Wasslu Biex Delia Ma Jibqax Kelliem Dwar Is-Saħħa

Fl-Lulju li għadda, waqt il-kampanja għall-ħatra ta’ Kap ġdid tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia li kien għadu Shadow Minister għall-qasam tas-Saħħa, kien iddikjara li Malta teħtieġ sptar pubbliku ġdid.

 

 

Dan is-sit kien qajjem dawn il-mistoqsijiet lil Delia;

 

Min qed jirrapreżenta verament Adrian Delia fil-Parlament, lil-poplu Malti, jew il-klijenti privati tiegħu fl-industrija farmaċewtika?

 

• Iddikjarajt il-kunflitti ta’ interess tiegħek mal-Kap tal-PN jew mal-Eżekuttiv tal-Partit?

 

• Qiegħed tirċievi retainer minn żewġ kumpaniji farmaċewtiċi?

 

• Infurtmajthom dwar dawn ir-rabtiet qabel aċċettajt il-portafoll tas-saħħa?

 

• Jekk dak li qed jintqal huwa minnu, temmen li għandek tkun fdat biex taġixxi fl-interess nazzjonali meta possibilment qed tagħmel proposti li jibbenefikaw il-klijenti tiegħek?

 

Bħala l-kelliem ewlieni tal-Oppożizzjoni dwar il-qasam tas-Saħħa, Delia kellu d-dover li jagħti tweġibiet ċari u bla tlaqliq. Iżda sal-lum, dan baqa’ ma ħareġ l-ebda dikjarazzjoni sabiex jikkonferma jew jiċħad.

 

Intant, dan is-sit huwa infurmat li din l-istorja waslet sabiex Alex Borg iwarrab lil Delia, liema deċiżjoni fetħet it-triq għat-tabib Stephen Spiteri sabiex jinħatar bħala Kelliem tal-Oppożizzjoni għas-settur tas-Saħħa.

 

Din id-deċiżjoni xejn ma niżlet tajjeb minn Adrian Delia.

 

Hawn ukoll, Adrian Delia wera’ kemm hu politiku fallut. Il-karta li lagħab dakinhar li jinjora il-mistoqsijiet ta’ dan is-sit waslet lill-Kap Nazzjonalista li jaħtar lil Stephen Spiteri bħala Kelliem Ewlieni għas-settur tas-Saħħa flok Adrian Delia.

 

 

Adrian Delia

 

 

Ix-xahar ta’ Settembru 2025 se jibqa’ mfakkar għal Adrian Delia bħala wieħed mill-aktar xhur diżastrużi fl-istorja politika falluta tiegħu. Dan wara li f’temp ta’ ftit ġimgħat tilef it-tellieqa għall-ħatra ta’ Kap tal-Partit Nazzjonalista u tkeċċa minn Kelliem tal-Oppożizzjoni għas-Settur tas-Saħħa. 

 

Grazzi Delia. Aħna l-Laburisti nirringrazzjawk talli komplejt tkisser l-PN.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

1 Comment

  1. Vince October 11, 2025

    Delia qed ikisser il-PN?? Boqq!! m’inix nara relazzjoni. Delia pprova jsawwar politika ġdida għall-PN u ma ħallewhx sħabu stess. Delia kien il-persuna li fetaħ kawza l-qorti dwar l-isptarijiet u rebaħ, u ta ftit kredibilita’ lill-PN. Newille mhux aħjar tgħidilna min qed ikisser il-PL. Mhux aħjar tgħidilna dwar l-inkompetenza u arroganza ta’ ċertu ministri. Mhux aħjar tgħidilna dwar kif min jitkellem kontra minoritajiet, kuntrarjament għal dak li jemmen il-PL, isib appoġġ għan-nomina għall-premju nobel!!!

    Reply

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *