Il-Ġimgħa wara nofsinhar, Dione Borg, ġurnalist u preżentatur fuq l-istazzjonijiet tal-Partit Nazzjonalista Net TV u Radio 101, kellu jwieġeb fil-Qorti wara li kiser divjett tal-Qorti relatat mal-każ tal-omiċidju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.
Dan waqt programm li jmexxi huwa stess fuq Net TV.
Xi jfisser divjett?
Id-divjett fl-ambitu tal-ġustizzja huwa strument legali li jservi biex jilħaq bilanċ bejn id-dritt tal-pubbliku li jkun infurmat u l-protezzjoni tal-proċess ġudizzjarju, il-privatezza tal-partijiet u l-preżunzjoni tal-innoċenza.

Dione Borg
Minix se nidħol fil-mertu tal-każ, però tajjeb li tkunu tafu li Dione Borg kien assistit minn ħadd ħlief l-Avukat Joe Giglio.
Tgħiduli allura??
Dione Borg għandu d-dritt għall-avukat tal- għażla tiegħu.
Mitt darba u elf.

Joe Giglio
Iżda tajjeb li nosservaw li l-Avukat Joe Giglio mhux avukat normali. Ftit ġimgħat ilu, Joe Giglio ġie maħtur mill-Kap tal-Partit Nazzjonalista bħala Shadow Minister għall-Ġustizzja.
Għaldaqstant, għandi xi mistoqsijiet għal Kap tal-Partit Nazzjonalista.

Alex Borg
Sur Kap tal-Oppożizzjoni, x’taħseb dwar il-fatt li x- Shadow Minister għall-Ġustizzja qed jiddefendi lil xi ħadd li kiser l-ordni tal-Qorti, f’dan il-każ ġurnalisti u preżentatur tal-istazzjonijiet tal-PN?
Ġejt infurmat minn Joe Giglio li se jkun qed jassisti lil Dione Borg u allura lil Net TV ukoll?
Lix- Shadow Minister tal-Ġustizzja, tajtu l-approvazzjoni tiegħek sabiex ikun jista’ jassisti lil min kiser Ordni tal-Qorti, f’dan il-każ ġurnalisti u preżentatur tal- istazzjonijiet tal- PN?
Jekk iva, tħossok politikament u moralment korrett?


1 Comment
Only possible by nationalists/pneeeeeers.