Il-Kritika tiegħi kienet fuq Lara Dimitrijevic u l-MBL

Neville Gafa

~ 6 days ago

Il-Kritika tiegħi kienet fuq Lara Dimitrijevic u l-MBL

Il-Ġimgħa, dan is-sit ikkummenta dwar kif Il-Malta Women’s Lobby immexxija mill-avukat Lara Dimitrijevic ħareġ jikkundanna lil Ricky Caruana dwar fehmiet li esprima fuq il-pjattaforma tiegħu. Ikkritikat b’mod qawwi lill-istazzjon nazzjonali talli, fi kliemhom, naqas mir-responsabbiltà editorjali tiegħu meta ta’ pjattaforma lis-Sur Ricky Caruana.

 

Ħa niġi għal punt ħalli tinqata’ kull spekulazzjoni.

 

 

 

 


Fl-ebda waqt ma dan is-sit ried direttament jew indirettament jattakka lil President tal-Partit Laburista. Inzerta li min immexxi dan il-lobby, Lara Dimitrijevic tiġi oħt Alex Sciberras. Setgħet kienet oħt ma nafx min, għax dak li għandi nikkritika se nikkritah xorta waħda.

 

Staqsejt lil din Lara Dimitrijevic fejn kienet meta kienu ppubblikati chats privati ta’ Rosianne Cutajar, meta fl-istess waqt id-Deputat Laburista kienet tqila. 

 

Iżda bħal ma għidt il-bieraħ, dakinhar kemm din Lara Dimitrijevic kif ukoll dan il-lobby ta’ femminiżmu estrem, ma ħarġux imqar kelma waħda ta’ kundanna għal dak it-tkasbir u umiljazzjoni li għaddew lil Rosianne.

 

Dawn huma FATTI, u ħadd ma jista’ jiċħad il-fatti. Anke jekk tipprova tuża l-kariga li jkollok, il-FATTI ma jinbidlux.

 

Rosianne Cutajar

 

 

Jien kont, għadni u nibqa’ nappoġġja kemm lil Rosianne Cutajar kif ukoll kull Deputat jew esponent Laburista li jgħaddi minn kruċjata simili.

 

Ir-reazzjoni ta’ Alex Sciberras kienet waħda immatura u bla preċedent.

 

 

 


Għaliex?

 

Intom li għandkom l-età tiegħi jew ikbar minni,qatt tiftakru lill-mibki Karmenu Mifsud Bonnici iżomm kritika dwar Antoine Mifsud Bonnici għal raġuni li kien ħuh?

 

 

Karmenu Mifsud Bonnici

 

 

Qatt smajtu lil Emvin Bartolo, attivist kbir tal-Partit Nazzjonalista, iżomm kritika dwar Evarist Bartolo għax jiġi ħuh?

 

Inserraħ ras kulħadd li kieku ridt nikkritika lil Alex Sciberras kont nikkritikah bla biża bħal ma kkritikajt lil kull min ridt, u mhux ninqeda b’oħtu biex nikkritika lilu. 

 

Dan sabiex nikkjarika ruħi.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

1 Comment

  1. saviour stivala November 1, 2025

    Once again PROSIT NEVELLI. Ir-reazzjoni ta-Alex Sciberras ”JEKK TOHSU IN-NECESSITA LI TKASBRU LILHA”. Mela skont Alex Sciberras meta GAFA ikkritika lil ohtu, GAFA kien qed ikasbara, Imma hi ma kasbritx lil Ricky Caruana meta ikritikatu. Ipokrezzija grassa min Alex Sciberras.

    Reply

Leave a Comment saviour stivala Cancel Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *