Il-Parlament iddiskuta s-sentenza tal-Arbitaġġ Internazzjonali fil-każ ta’ Malta kontra Steward Healthcare. Il-Prim Ministru Robert Abela kien ċar ħafna dwar din il-materija.
“Deċiżjoni li ċċertifikat li dak li qalet l-Oppożizzjoni f’dawn l-aħħar xhur li Steward ħarbu b’€400 miljun hi gidba ċara. Ċara daqs il-kristall. Mitejn faċċata ta’ deċiżjoni, li kkonfermaw f’diversi istanzi, bl-iswed fuq l-abjad, li għal kull ċenteżmu li l-Istat Malti ħallas, ħa lura b’servizzi u xogħlijiet ukoll. Servizzi li t-tribunal jiċċertifikahom li huma ta’ kwalità tajba.”

“Però, l-aktar ħaġa importanti li l-element fiskali, l-element tat-taxxi tal-poplu tagħna rnexxielna niżġuraw li ma kienx hemm ċenteżmu mit-taxxi tan-nies li ntefaq għalxejn u dik għalija hija l-aktar kwistjoni, li tgħid kemm kemm tgħid in-naħa oħra, tipprova ddawwarha kif iddawwarha, mhux se jirnexxielkom iddawruha din.
Ngħidilkom semmuli bl-iswed fuq l-abjad x’imkien fejn deċiżjoni arbitjarja jew id-deċiżjoni tal-Awditur Ġenerali jew id-deċiżjonijiet tal-Qrati tagħna, qatt qalu illi l-poplu Malti ħallas ta xi ħaġa li ma ħax lura.”


2 Comments
Robert Abela kien qieghed jiqfilhom lil Steward filwaqt il-puppatur Delia “Skanska waiver”ipprova jipressjona peress li meta garawh minn fuq is-siggu ta’ Kapkienet ghada Frisia.
Gars meta l-kap il-gdid ipprova jirkeb fuqha, wara skont a li ma kienx hemm gwadann politiku u issa harget aktar fil-berah kemm il-voting PN kemm hu Ċuċ 😝
Robert Abela kien qieghed jiqfilhom lil Steward filwaqt il-puppatur Delia “Skanska waiver”ipprova jipressjona peress li meta garawh minn fuq is-siggu ta’ Kap kienet ghada friska u umiljantissima, fuq survey ta’ ingann. Ma ninsewx li ta’ warajh gralu l-istess.
Gara meta l-kap il-gdid ipprova jirkeb fuqha, wara skopra li ma kienx hemm gwadann politiku u jizloq fin-niexefu issa harget aktar fil-berah kemm il-votant PN kemm hu Ċuċ 😝
Jemmen is-surveys fazulli wiehed wara l-iehor u jemmen l-interpretazjonijiet konklussivi fil-qrati m’ghawgin minn certa nies.