Il-Prim Ministru Robert Abela fil-Parlament spjega kif l Oppożizzjoni għażlet li ma tintervjeniex quddiem l-arbitraġġ internazzjonali dwar Steward u l-isptarijiet.
“Dak li se tqumu tgħidu llum għax ma mortux tgħiduh quddiem it-tribunal? Għax kontu tafu li quddiem tribunal magħmul minn tliet arbitri ta’ reputazzjoni internazzjonali mhux se tmorru tbellgħulhom ħrafa ta’ €400 miljun u jibilgħuha.
Dak li kontu tafu tagħmlu intom‼️
Bill-boards ittella’ kemm trid! Imma meta t-tribunal kien jgħidlek ġibli l-provi fejn huma dawn l-400 miljun ewro li Steward ħarbu bihom, kontu taqgħu żorba.
U dik hi l-verità, b’hekk ma dħaltux intom biex toqogħdu tispinnnjaw kemm tifilħu.”


1 Comment
Ghax dawn jipptidkaw quddiem kapaci Ċwieċ, x’taħseb?