Jeremy Harbinson jaħrab ukoll mill-Renju Unit

Neville Gafa

~ 10 hours ago

Jeremy Harbinson jaħrab ukoll mill-Renju Unit

Jeremy Harbinson irrifjuta ukoll li jixhed b’ rogatorja quddiem il-Qorti Ingliża u l-Pulizija tal-Irlanda ta’ Fuq qed tqis il-każ magħluq.  L-awtoritajiet Ingliżi qalu li ġew infurmati li Harbinson jinsab barra r-Renju Unit u se jdum barra fit-tul, wara li kien qal li ma jistax jiċċaqlaq minn ħdejn martu.

 

L-Avukat Ġenerali ta’ Malta qal lil Qorti li qed jiddeplora li espert  qed jaħrab id-dmirijiet tiegħu.   Żied li se jagħmel dak legalment possibbli biex jinġieb.  Madankollu ma riedx jgħid x’ se jagħmel.

 

Id-difiża qalu li l-Avukat Ġenerali għandu jikkunsidra l-pożizzjoni tiegħu dwar il-każ wara li xhud li l-Prosekuzzjoni stess qalet li hu indispensabbli ma jridx jixhed.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

3 Comments

  1. B.Borg November 19, 2025

    Where is the money?

    Reply
  2. FXG November 19, 2025

    Forsi Harbison lestewlu r rapport u ffirmah minghajr ma kien jaf xfieh u ghalhekk qed jirrifjuta li jigi. HDAX IL MILJUN EWRO GHAND MIN MARRU??

    Reply
  3. saviour stivala November 19, 2025

    Min jaf DAK IL-MEJIET BIL-GUH LI HARAB LEJN SPANJIA xjishet xortih meta jaghra kif dan lespert irnexillu imemxmex hdax il-millun Eoro u hu jitmejek ma lart bal serp ghal loqom. kulhad b’xortih fid-dinja.

    Reply

Leave a Comment FXG Cancel Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *