Dr. Joseph Muscat : “It-Tkexkix u l-Barranin”

Neville Gafa

~ 5 hours ago

Dr. Joseph Muscat : “It-Tkexkix u l-Barranin”

L-Onorevoli Adrian Delia qal li huwa “tat-tkexkix” li skont hu hemm aktar barranin milli Maltin f’sitt postijiet madwar Malta.

 

Mhux se nidħol fil-meriti tal-istatistika li semma. Naħseb iżda dak li qal jimmerita tweġiba għaliex inkella jiġri bħal kwistjoni tal-isptarijiet fejn ħadd ma wieġbu u kulħadd induna tard wisq li dak li qal ma kienx minnu. Jien ma nistax ngħid aktar minn hekk għaliex il-Qorti ma tħallinix.

 

Mill-inqas 3 mill-postijiet li semma, jiġifieri tas-Sliema, San Ġiljan u San Pawl il-Baħar kienu minn dejjem mekka tal-barranin li jirtiraw jew jiġu jaħdmu f’Malta u jekk wieħed jiċċekkja reġistru elettorali jsib li fl-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali dejjem kellhom l-ogħla numru ta’ Ingliżi reġistrati f’Malta (li magħhom hemm ftehim reċiproku li jistgħu jivvotaw f’ dawn l-elezzjonijiet kif nistgħu aħna f’tagħhom).

 

Tas-Sliema u San Ġiljan hemm konċentrazzjoni qawwija tal-komunita tal-gaming f’pajjiżna, persuni li jitħallsu ħafna u li jikkontribwixxu bil-kbir għat-taxxi u n-nefqa fil-pajjiż. It-tip ta’ diskors li uża Dr Delia ma kienx li min qed jisimgħu jaħseb f’dawn in-nies.

 

Li kieku Dr Delia illimita ruħu li jgħid li hemm lokalitajiet fejn sid il-kera jabbuża li jdaħħal aktar nies milli suppost, jew li hawn employers (jien nemmen li minoranza) li jabbużaw minn dawn il-persuni, kien ikollu raġun.

 

 

 

 

Hawn irrid nifraħ lill-Ministru Byron Camilleri u lis-Segretarju Parlamentari Andy Ellul li bil-ħidma tagħhom wasslu lill-Assocjazzjoni tas-Sidien tal-Muturi tal-ikel biex tidħol fi ftehim mal-General Workers Union biex tipproteġi lil dawn il-ħaddiema. Nifrah lill-GWU li mill-ġdid tinsab fuq quddiem biex tiddefendi lil dawk l-aktar vulnerabbli. Niskanta kif ħafna li tahsibhom l-akbar Soċjalisti meta taqra l-kitbiet tagħhom fuq is-social media, imma li fil-verita qatt ma ħadmu minuta f’ħajjithom biex igħinu lill-ħaddiema, ma tniffsux fuq hekk. Kif għadhom ma tniffsux fuq il-frazi “tat-tkexkix” b’referenza għal min mhux Malti u qed igħix fostna.

 

Għandi mistoqsijiet sempliċi lill-Partit Nazzjonalista għax nassumi li dak li qal Dr Delia hija l-pożizzjoni tal-partit.

 

1. Minn dawn il-barranin “tat-tkexkix”‘ kemm se jkeċċu? U kif se jiddeċiedu lil min se jkeċċu? Tajjeb li employers li llum diga’ qed jiffaċċjaw sfida biex isibu ħaddiema jkunu jafu ħalli jaraw x’ se jagħmlu.

 

2. Mhux se jħallu iktar kumpaniji tal-gaming jiġu Malta biex tas-Sliema u San Ġiljan ma jibqgħux b’ħafna barranin jew se jġiegħlu xi kumpaniji tal-gaming jitilqu mill-pajjiż?

 

3. Waħda minn kull 5 tal-koppji Maltin li qed jiżżewġu hija magħmula minn Malti jew Maltija miżżewġin barranin. Dawn “tat-tkexkix” ukoll? Se ngħidulhom jitilqu mill-pajjiż? X’se ngħidu lil uliedhom meta tfal oħra jibdew jaqbdu magħhom għaliex issa OK li nbeżżgħu b’dan it-“tkexkix”?

 

4. U ħudu paċenzja tinsewx dak li għidt li bil-proposta tal-4 day week ikollna bżonn 50,000 barrani ieħor. Propja 60,000 izda naqqast 10,000 biex nieħu kont tal-effett tat-teknoloġija avolja dubjuż ħafna li l-AI se jkun kapaċi jwasslilna l-pizza d-dar, jaħsel lill-anzjani tagħna fid-djar tal-mistrieħ, jaqdina fir-restoranti u jiġbor l-iskart mit-toroq tagħna.

 

Aktar tard intellgħu verżjoni bl-Ingliż ħalli żgur il-messaġġ jasal car u forsi jwieġbu l-mistoqsijiet.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

4 Comments

  1. B.Borg November 27, 2025

    Taf x’nesa’ jghid dan il-loser?

    Min mela Sliema bil-Libjani u l-Gharab?

    Jista’ forsi jistaqsi lil dawk il-MP li kienu jsahnu s-siggu meta kienu fil-gvern?

    Reply
    1. saviour stivala November 27, 2025

      Borg. kiku kelli nighdlek min u loser inkun qed nofendik fil-laham il-haj.

      Reply
  2. B.Borg November 27, 2025

    Li kieku nattiraw haddiema mill-EU pacenzja imma spiccajna bit-TCNs.

    Ahjar nixkupaw il-barra

    Reply
    1. saviour stivala November 27, 2025

      Oqod attent u mohok emm Sur Borg li ma imorux jixkupaw lilek m,ghahom.

      Reply

Leave a Comment B.Borg Cancel Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *