Tista’ taħdem magħna anke jekk ma taqbilx magħna, iżda ma naċċettawx li tapprofitta ruħek

Neville Gafa

~ 5 months ago

Tista’ taħdem magħna anke jekk ma taqbilx magħna, iżda ma naċċettawx li tapprofitta ruħek

Il-Gvernijiet Laburisti jimxu bil-motto li tista’  ma taqbilx magħna u xorta taħdem magħna. Iżda ġieli l-Gvern Laburista ħalla min japprofitta ruħu minn din t-tip ta’ tmexxija. Dan mhux aċċettabbli.

 

Ilna nirrapportaw dwar serqa ta’ €6,000 mil-Qorti t’Ghawdex. Li għadna ma semmejniex b’isimha hija d-Direttur tal-Qorti t’Għawdex li hija Mary Debono Borg li ma hija ħadd għajr omm l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg.

 

Issa qed tifhmu għaliex skiet itarrax mil-PN dwar kif għosfru €6,000 mil-Qorti t’Għawdex.

 

Issa tafu. Id-Direttur tal-Qorti t’Għawdex hija omm il-Kap tal-Partit Nazzjonalista.

 

 

 

Bħalissa għaddejjin żewġ inkjesti, waħda mill-Maġistrat Donatella Frendo Dimech u oħra mill-eks Imħallef Antonio Mizzi.

 

 

Antonio Mizzi

 

 

Qed taslilna informazzjoni inkwetanti dwar manuvri u intriċċi marbuta ma dan il-każ.

 

Kull min għandu informazzjoni dwar dan il-każ nħeġġu ikellimni.

 

Dan is-sit se jinvestiga x’qed jiġri.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

1 Comment

  1. B. Borg December 14, 2025

    Unfortunately we do lack leadership and political talent.

    I blame the ignorant electorate who was given a chance to change the direction during the Alfred Sant times.

    Now we are suffering the consequences of our bad choices.

    Reply

Leave a Comment B. Borg Cancel Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *