Għadna kif ivvutajna favur il-Budget 2026 b’vot li għadda bis-saħħa tal-Gvern li jemmen fl-ekonomija ta’ pajjiżna u, fuq kollox, jemmen fin-nies tiegħu.
Budget li jpoġġi lill-familji fiċ-ċentru bis-saħħa ta’ ekonomija b’saħħitha u li tagħti futur għal uliedna.
✅ Tax cut oħra għall-ħaddiema, u tax cut oħra għall-ġenituri li jaħdmu – li se tara middle-class f’pajjiżna li ma tħallasx ċenteżmu wieħed f’taxxa.
✅ Żieda fil-pensjonijiet u għajnuniet għall-aktar vulnerabbli fostna, inklużi persuni b’diżabilità.
✅ Investiment fil-futur u s-sostenibbiltà tan-negozji, b’AI għall-kulħadd – biex ħadd ma jitħalla lura f’dinja li qed tinbidel.
Illum ukoll komplejna nsawwru l-identità taghna, b’żewġ emendi Kostituzzjonali, Jum l-Innu Malti u l-Belt Valletta li issa huma mnaqqxa fl-ogħla liġi ta’ pajjiżna.


1 Comment
Prosit Prim!
Time to smell the coffee and make way.