Ryan Borg għandu warrant number 12332 biex jista’ jagħmel audits. Il-liġi tesiġi li kumpaniji ta’ accounting jew auditing ikunu rreġistrati mal-Accountancy Board.
Minkejja li jopera l-kumpanija Precision Point Malta, Ryan Borg ma ffirmax il-kontijiet tal-PN f’isem din id-ditta, imma f’ismu personali. Barra minn hekk, bħal ma diġà rajna, mis-sit tal-Accountancy Board ma jidhirx li din id-ditta hija rreġistrata la bħala auditing firm jew anqas bħala accounting firm.
Id-ditta ta’ Ryan Borg hija rreġistrata fuq 16, Triq id-Duru, Nadur. Dan huwa l-istess indirizz tal-lukanda Sea Holly.

Ryan Borg iddikjara li ffirma l-kontijiet tal-PN minn indirizz Marsaxlokk, jigifieri 42, Triq Bir Rikka. Anke dan huwa bi ksur tar-regolamenti, għax ittra tal-awditur trid tigi mill-indirizz reġistrat tal-kumpanija.
Issa se ndur għal Kap Nazzjonalista Alex Borg.

Alex Borg,
Kont taf b’dan it-taħwid tal-awditur li qabbad jaħdimlek il-kontijiet?
Jekk le, x’inhi r-reazzjoni tiegħek għal dan it-tgerfix?
Il- poplu jesiġi tweġibiet, anke f’dawn il-jiem ta’ festi.


1 Comment
Jien nahseb li bla twegiba ha tibqa Gafa.