L-iskema ‘Irrinova Darek’ tiftaħ għal 16-il lokalità oħra fin-Nofsinhar ta’ Malta ​

Neville Gafa

~ 20 hours ago

L-iskema ‘Irrinova Darek’ tiftaħ għal 16-il lokalità oħra fin-Nofsinhar ta’ Malta ​

Il-Ministru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni Jonathan Attard flimkien mal-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni l-Perit Roderick Bonnici ħabbar il-ftuħ tal-iskema ‘Irrinova Darek’ għal-lokalitajiet fin-Nofsinhar ta’ pajjiżna. ​​

 

Waqt konferenza tal-aħbarijiet tħabbar kif 16-il lokalità fin-naħa ta’ isfel tal-pajjiż se jkunu jistgħu jibbenefikaw minn għotja sa massimu ta’ €15,000 sabiex jagħmlu xogħlijiet ta’ rinnovazzjoni fil-proprjetà tagħhom li jwasslu għal tnaqqis fl-użu tal-enerġija. Din l-għotja tista’ tiżdied għal €16,000 jekk jiġi installat solar jew heat-pump water heater. Għall-installazzjoni ta’ pannelli solari, il-ko-inanzjament huwa ta’ 50%.

 

 

Jonathan Attard

 

 

Il-Ministru beda biex jispjega li skont ċifri minn meta l-iskema ħarġet fir-Reġjun tat-Tramuntana matul is-sena l-oħra, daħlu madwar 2,200 applikazzjoni, li minnhom 1,900 kienu eliġibbli għat-tieni fażi. Kompla biex jgħid li l-applikazzjonijiet li għaddew għat-tieni fażi ġew indirizzati biex iqabbdu professjonisti, Periti jew Inġiniera, li huma wkoll assessuri tal-enerġija reġistrati mal-Awtorità.

 

“Din l-iskema hija intiża wkoll li tkattar kultura ġdida ta’ sostenibbiltà, li tagħti opportunità lill-familji Maltin u Għawdxin biex jgħixu f’djar li jixraqilhom, li huma effiċjenti fl-enerġija u li jnaqqsu l-ispejjeż tal-ħajja,” qal Dr Attard.

 

Dr Attard qal ukoll li din l-iskema timxi pari passu mal-Viżjoni Malta 2050, fejn pajjiżna se jkun f’pożizzjoni aħjar li jilħaq il-miri Ewropej f’dak li għandu x’jaqsam mal-użu tal-enerġija u l-enerġija rinnovabbli. “Iżda fuq kollox permezz ta’ din l-iskema l-Gvern qed ikompli jwettaq ġustizzja soċjali bi skema li se twieżen aktar lil dawk il-familji bi dħul baxx”, kompla jgħid il-Ministru filwaqt li qal li l-għajnuna lil dawk li jinsabu fuq il-benefiċċju tal-‘In-work Benefit’ se tlaħħaq id-90% tal-ispiża totali u sa 75% għal dawk bi dħul medju.

 

“Xogħlijiet bħal insulazzjoni, sistemi ta’ enerġija rinnovabbli u titjib fl-użu tal-enerġija mhux biss jagħmlu d-dar aktar komda, iżda wkoll jgħollu l-valur tal-propjetà tal-familji tagħna”, temm jgħid il-Ministru Attard filwaqt li rringrazzja lill-Awtorità u lil dawk kollha li qegħdin jaħdmu biex jintlaħqu l-miri ta’ binjiet aktar sostenibbli.

 

 

Roderick Bonnici

 

 

Il-Kap Eżekuttiv tal-BCA, il-Perit Roderick Bonnici, spjega li l-applikazzjonijiet se jkunu miftuħa mid-19 ta’ Jannar sat-28 ta’ Frar u jistgħu jsiru biss online fuq is-sit bca.gov.mt. L-iskema hija miftuħa għas-sidien ta’ djar u inkwilini bil-kundizzjoni li jsiru interventi li jtejbu l-Energy Performance Certificate (EPC) tal-proprjetà.

 

Huwa qal li x-xogħlijiet eliġibbli huma varji fosthom insulazzjoni, installazzjoni ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli, installazzjoni ta’ sistemi ta’ dwal u arja kundizzjonata effiċjenti, bdil ta’ aperturi għal aperturi li jipprovdu insulazzjoni fost l-oħrajn. Il-Perit Bonnici spjega li x-xogħlijiet iridu jkunu ħolistiċi u li flimkien iwasslu sabiex ikunu hemm titjib f’dak li għandu x’jaqsam ma’ effiċjenza fl-enerġija.

 

Għal din it-tielet sejħa ta’ Irrinova Darek jistgħu japplikaw ir-residenti tal-lokalitajiet ta’ Ħal Qormi, iż-Żejtun, Birżebbuġa, Ħal Għaxaq, il-Gudja, Ħal Luqa, il-Ħamrun, Marsaxlokk, Marsaskala, Santa Venera, Santa Luċija, ix-Xgħajra, Ħaż-Żabbar, il-Fgura, Raħal Ġdid u Ħal Tarxien. Din l-iskema hi mifruxa fuq ħames snin mal-pajjiż kollu inkluż Għawdex, fejn kull sena qed tinħareġ f’reġjun differenti skond l-Att tal-Kunsilli Lokali.

 

Preżenti għall-konferenza kien hemm ukoll diversi msieħba u Sindki ta’ lokalitajiet fejn l-iskema se tkun disponibbli.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

1 Comment

  1. saviour stivala January 16, 2026

    What a big difference from a few energy saving bulbs that have long had to be replaced. The Labour party can be assured that what matters, that which is first thing that matter the most is the so called family ‘pocket’ and how this family ‘pocket’ is believed going to be in coming years. On this matter the PNEEEEEERS have no chance on God’s green earth to govern the country.

    Reply

Leave a Comment saviour stivala Cancel Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *