Il-Partit Laburista u l-Abort

Neville Gafa

~ 3 weeks ago

Il-Partit Laburista u l-Abort

Jekk il-Partit Laburista irid jitlef l-elezzjoni ġenerali li jmiss, allura kull ma għandu jagħmel hu li jaqa’ fin-nassa tal-Moviment Graffiti.

 

Fi stqarrija maħruġa minn Graffiti, dawn saħqu li “Dawk li jkollhom bżonn jagħmlu abort f’Malta ma jixirqilhomx ħlief id-dekriminalizzazzjoni totali tal-abort”.

 

 

 

Sostnew ukoll li “il-kura tal-abort hija parti integrali mis-saħħa u l-benesseri tan-nisa.”

 

Dawn huma dikjarazzjonijiet perikolużi u bla skruplu. Din hija l-mentalita’ ta’ xejn m’hu xejn li daħħlet f’pajjiżna.

 

Matul l-aħħar snin, il-poplu Malti aċċetta bosta tibdil, speċjalment fejn jidħlu drittijiet ċivili. Però issa tiġux tippruvaw iddaħħlu l-abort inkiss inkiss. U meta ngħid inkiss inkiss mhux qed ngħid li ser jiddaħħal bil-moħbi, għax impossibbli. Iżda jidher ċar li l-pjan hu li wieħed jibda jitkellem dwar id-dħul tal-abort b’pass kawtel sabiex ma jaħsadx lill-poplu.

 

 

 

Se nerġa nirrepeti; Jekk il-Partit Laburista irid jitlef l-elezzjoni ġenerali li jmiss, tiġi meta tiġi, allura kull ma għandu jagħmel hu li jaqa’ fin-nassa tal-Moviment Graffiti u għaqdiet estremi oħra li l-aġenda tagħhom tmur kontra t-tagħlim Nisrani. Tmur kontra kull etika.

 

 

Tistgħu ddumu tgħidu. L-abort huwa delitt kriminali. L-abort huwa QTIL.

 

Malta magħquda kontra l-Abort.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

2 Comments

  1. Doreen Agius January 21, 2026

    Ghaziez Nevlille,
    Naqbel perfettament li ktibt. Jien iddarast x x’intqal fuq l abbort jien hsibt li ha ttitiehed stand ta Le ghal abbort imma kulhadd jaf li l-partit Laborista ma jhaddanx principji morali u ta twemmien FIL kelma ta Kristu xejn affattu.
    Anzi kull ligi li ghadda ta drittijiet civili kollha jmorru kontra tghalliem ta Kristu . Ghalhekk ghedtlek qabel li basta nidru fil knejjes quddiem IL kameras fxi okkazzjoni umbghad tghasar u ma ssib xejn. Tal biki kif jidhlu ghalihom in-nasses kif ghedt int. Fil-hajja Jew ma Kristu Jew kontrieh u meta wiehed jghazel ta l-ahhar , koloss totali ta socjeta jkollna.
    Billi ahna fuq quddiem net fejn tidhol l-Ekonomija ahjar konna pajjiez fuq quddiem net fuq it-tghalliem ta Kristu nghatu ezempju lil bqija tal-pajjiezi Ewropej u Ghad dinja kollha.Sirna bhal qasba tixxejjer ma rih.
    Meta tibni fuq valuri sodi tkun bnejt on solid ground u l partit laborista b certu nies li dahlu u hemm fih bena fuq ir-,ramel u Dak li ser jigrilu jikollassa u bx tghaxxaq ta naha l ohra mhumiex xi hafna ahjar saru fejn jidhlu dawn IL valuri . We are in deep shit skuzani ta din IL-
    Kelma imma m ghandiex kelma ahjar bhalissa.
    Sahha u grazzi talli inti l vuci tal-verita.
    God bless you

    Reply
  2. Vince January 21, 2026

    Il-Partit Laburista, qed jitlef il-voti mhux minħabba li hemm xi ċans li jidħol l-abort imma minħabba l-inkompetenza ta’ ċertu membri tal-kabinett u nuqqas ta’ governanza tajba. Dwar l-abort ħallu d-dibattitu għaddej u tkunux intom stess li tabortixxu d-djalogu! L-issue ta’ l-abort mhix biss għażla ta’ iva jew le imma hemm diversi konsiderazzjonijiet oħra. Il-poplu għandu moħħ u l-ebda big brother m’għandu d-dritt li jitkellem f’isem il-poplu qiesu xi oraklu!!

    Reply

Leave a Comment Vince Cancel Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *