Il-poodle tad-Defnisti jipprova jqajjem dubji dwar l-‘Operational Support Unit’

Neville Gafa

~ 4 weeks ago

Il-poodle tad-Defnisti jipprova jqajjem dubji dwar l-‘Operational Support Unit’

Għadni kemm rajt post tal-Prof. Andew Azzopardi taċ-ċingi bħall-eroj tiegħu Austin Gatt. Sieħeb Peppi Azzopardi magħruf bħala l-coach, ma jitlifx okkażjoni biex jikkritika direttament jew indirettament lill-Ministru Byron Camilleri.

 

Issa dan il-puritan qed jilgħabha tal-iblah bil-għan li joħloq dubji dwar l-skwadra tal-OSU.

 

Onestament għadni ma nistax nifhem x’fakultà huwa dekan dan il-poodle tad-Defnisti. Żgur li jkun jikkwalifika għall-Fakultà tal-Arroganza.

 

 

 

 

Lill-poodle tad-Defnisti nfakkruh li fl-2022, taħt it-tmexxija tal-Ministru Byron Camilleri twaqqfet għall-ewwel darba l-Aġenzija għas-Servizzi ta’ Detenzjoni.

 

Id-Detention Services fiż-żmien Gvernijiet Nazzjonalisti kien dipartiment imlaqqat, u saħansitra eks skola u eks barracks tal-AFM spiċċaw iservu ta’ dormitroju għax il-Gvern Nazzjonalista kien qata’ qalbu li jsib soluzzjoni għall-imigrazzjoni illegali.

 

Lill-poddle tad-Defnisti infakkruh fl-irvellijiet spissi u ħarbiet b’mod regolari li fi żmien il-PN kienu saru l-ordni tal-ġurnata.

 

L-OSU hi l-‘Operational Support Unit’. Din l- skwadra toffri appoġġ lill-pulizija fil-kontrolli kontinwi li jsiru relatati mal-immigrazzjoni llegali, iżda dejjem taħt it-tmexxija tal-Pulizija tal-Immigrazzjoni.

 

Kien iffirmat ftehim kollettiv bla preċedent mal-GWU u l-ħaddiema ingħatatilhom id-dinjità li jixirqilhom, b’pagi u kundizzjonijiet xierqa.

 

 

 

 

 

Tajjeb li ngħidu li is-CEO hu mental nurse kwalifikat b’masters. Hemm team ta’ Welfare Officer, tabib u nurses full time.

 

Andew Azzopardi għandu ħabta jilgħabha tal-iblah u taparsi mhux jifhem.

 

Disa’ xhur ilu, wara li l-Qorti Ewropea kkundannat l-iskema tal-Gvern Malti b’rabta mal-bejgħ tal-passaporti,  f’kummenti fuq Facebook, Prof. Andrew Azzopardi qal hekk;

 

“𝐎𝐧𝐞𝐬𝐭𝐚𝐦𝐞𝐧𝐭 𝐪𝐞𝐝 𝐧𝐢𝐩𝐩𝐫𝐨𝐯𝐚 𝐧𝐢𝐟𝐡𝐞𝐦 – 𝐢𝐦𝐦𝐚 𝐟𝐢𝐥-𝐰𝐚𝐪𝐭 𝐥𝐢 𝐯𝐞𝐫𝐚 𝐬𝐤𝐞𝐦𝐚 𝐥𝐢 𝐭𝐫𝐞𝐧𝐝𝐢 𝐥-𝐟𝐥𝐮𝐬 𝐢𝐦𝐦𝐚 𝐝𝐚𝐤 𝐣𝐚𝐠𝐡𝐦𝐢𝐥𝐡𝐚 𝐚𝐰𝐭𝐨𝐦𝐚𝐭𝐢𝐤𝐚𝐦𝐞𝐧𝐭 𝐚𝐜𝐜𝐞𝐭𝐭𝐚𝐛𝐛𝐥𝐢?”

“𝐈𝐬𝐬𝐚 𝐩𝐚𝐣𝐣𝐢ż 𝐥𝐢 𝐣𝐢𝐭𝐤𝐞𝐥𝐥𝐞𝐦 𝐝𝐰𝐚𝐫 𝐢𝐧-N𝐚𝐳𝐳𝐣𝐨𝐧 𝐦𝐢𝐧𝐧 𝐬𝐛𝐢𝐞ħ 𝐀𝐥𝐥𝐚 𝐬𝐚 𝐦𝐚 𝐣𝐢𝐝𝐥𝐚𝐦, 𝐥𝐢 𝐣𝐠ħ𝐨żż 𝐥-𝐈𝐧𝐝𝐢𝐩𝐞𝐧𝐝𝐞𝐧𝐳𝐚, 𝐢𝐥-Ħ𝐞𝐥𝐬𝐢𝐞𝐧 𝐮 𝐫-𝐑𝐞𝐩𝐮𝐛𝐛𝐥𝐢𝐤𝐚, 𝐥𝐢 𝐤𝐢𝐟 𝐣𝐢𝐭𝐟𝐚ċċ𝐚 𝐛𝐚𝐫𝐫𝐚𝐧𝐢 𝐟𝐮𝐪 𝐝𝐠ħ𝐚𝐣𝐬𝐚 𝐧𝐠ħ𝐚𝐝𝐝𝐮𝐡 ġ𝐮𝐫𝐢 – 𝐝𝐢𝐧 𝐥-𝐢𝐬𝐤𝐞𝐦𝐚 𝐦𝐡𝐢𝐱 ż𝐦𝐚𝐧𝐭𝐞𝐥𝐥𝐚𝐫 𝐭𝐚’ 𝐝𝐚𝐧 𝐤𝐨𝐥𝐥𝐮, 𝐣𝐞𝐰 𝐠ħ𝐚𝐱 𝐭𝐫𝐞𝐧𝐝𝐢, 𝐨𝐤?

𝐍𝐞𝐫ġ𝐚’ 𝐧𝐠ħ𝐢𝐝: 𝐪𝐞𝐝 𝐧𝐢𝐩𝐩𝐫𝐨𝐯𝐚 𝐧𝐢𝐟𝐡𝐞𝐦.”

 

 

Mela la jħobb jilgħabha tal-iblah, ejja nkomplu miegħu.

 

 

Sur Andrew Azzopardi, jekk mhux sejjer żball, fl-2023 bintek ħadet sehem fil-‘Games of the Small States of Europe’ (GSSE). Jidher li kienet rebħet tlett midalji tad-deheb.

 

Aħna nawgurawlha kull suċċess, għax m’aħniex tfal ħżiena.

 

 

During the Games of the Small States of Europe in 2023, Claire Azzopardi won 3 gold medals.

 

 

Issa bħal ma taf sew, għal kull midalja tad-deheb mirbuħa, l-atleti ħadu €10,000. Mela bintek ħadet €30,000. Naqblu?

 

Int lest li tagħti parir lit-tifla tiegħek sabiex tirritorna it-tletin elf ewro li ġie mgħotija mill-Gvern Malti, liema flus ġew mill-programm taċ-ċittadinanza?

 

Isa, urina kemm int paladin tal-politika onesta. 

 

U bil-ħaqq, terġax tqabbad uffiċjali għolja tal-Partit Laburista sabiex ma nsemmix u ma nġibx ritratti ta’ bintek. Daħalha f’rasek li dawn il-mossi miegħi ma jaħdmux, anzi aktar nagħmel.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

9 Comments

  1. Vince January 30, 2026

    Dawn il-ftit noti li ktibt Sur Gafa ser iġibu lura eluf ta’ voti lura lejn il-Partit Laburista!!! Lingwaġġ bħal dan ikompli jbiegħed aktar nies lil hinn mil-Partit Laburista li jidher li nħakem minn klikka estremista li ħlief ħsara mhix tagħmel. Komplu sejrin hekk u telf voti ser ikun akbar!!!

    Reply
  2. saviour stivala January 30, 2026

    Dak li jhobb jilghabba tal-iblah bil Malti ”DEJJAQ” U IBAGHATI BIEX JGHAMEL XOHOLU. Hasra li il-partit tilef il-vot ta VINCE dejaq ihor li dejjiem ivota PL. ALLA izhom idejh fuqu misken.

    Reply
    1. Vince January 30, 2026

      Bid-diskors fil-vojt tagħkom tgħidx kemm qed tagħmlu ġid lill-Partit Laburista!! Komplu sejrin hekk u tkomplu titilfu aktar nies li bi ħsiebhom jibqgħu d-dar! Stivala, nies bħala u Neville ħsara kbira lill-Partit Laburista qed tagħmlu. Mhux problema, illum nħosni kburi li m’għadniex nagħmel parti minn dan il-Partit li tilef ir-rotta. Survey, wieħed wara l-ieħor kollha qed juri li eluf ta’ Laburisti bi ħsiebhom jibqgħu d-dar! Din hi r-rejalta’!

      Reply
  3. saviour stivala January 30, 2026

    B’dana kollu inklusing your claim ”IL-HSARA LI JIEN U NIVELLI QED NAGHMLU” survey wara lihor dejiem poggew lil LP fuq qudiem, anke bil-vot niqes tijak.

    Reply
    1. Vince January 31, 2026

      L-aqwa li qed tieħu gost li tara l-appoġġ lejn il-Partit dejjem nieżel l-isfel!!! Bravu ħafna!!!Nerġa ntenni li kburi li m’għadniex nagħti l-appoġġ tiegħi li dan il-Partit mimli persuna bl-arroganza spjetata u bla limitu li qażżiztu lil bosta nies. Ħsibtu li sirtu xi alla u tlajtu hemm għal dejjem!! Bye, bye!!!

      Reply
      1. saviour stivala January 31, 2026

        Vince. Bhall ma ghadlek, xtamel bih il-vot, lil-min tivota, kif tahsiba, u dritt tiejak, daqs kemm hu dritt ta hadiehor xjamel bill vote, lil min jivota u kif jahsiba.

        Reply
  4. N. George January 31, 2026

    Vince, naqbel mieghek perfettament ghax vera tad dardir il qziez li jikteb xi kultant Neville G, ghax trid tammettit li xi kull tant li jghid ikollu ragun.
    Imma il glieda min gewwa trid taghmila mhux min barra. Ghamilt hazin li tlaqt, ejja lura u nghidu lil partit jiddistakka ruhu min certi artikli u kummenti li jaghmel Neville.
    Il partit laburista ghamel hafna u hafna gid u ma jixraqlux li ma jkunx fill Gvern, irridu li dawn in nies niddistakkaw ruhna il boghod minnhom.

    Reply
    1. saviour stivala January 31, 2026

      George. Alka Seltzer effettive hafna ghad dardir, Imma dak li taqra meta tqisu ”qziez” generalment ikun dak li ma tixtiqiex taqra.

      Reply
    2. Vince February 1, 2026

      Ħabib, posti m’għadux aktar fil-Partit Laburista. Is-surveys qed juru mijiet ta’ Laburisti li mhux ser jivvutaw!! Għaliex??? Għax kollha jridu pjaċir??? Mhux vera! Hemm element żgħir li għax ma’ ħadux dak li riedu imma l-maġġoranża siekta, bħali, mhux qed tara governanza tajba. Xi ministri nkompetenti bin-nies tagħhom b’kollox li ħasbu li saru allat!! Arroganza spjetata kull fejn tħares!! Prim Ministru li kellu fejn idaħħal elementi ġodda fil-kabinett u naqas milli jagħmel! Hemm bosta issues oħra; bħal prezz tal-projeta’, l-effett tal-barranin fuq l-infrastruttura, u tant oħrajn! Fuq din il-paġna qed isir paroli fil-vojt li żgur mhux qed jattira lura nies lejn il-PL.

      Reply

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *