Il-poodle tad-Defnisti jipprova jqajjem dubji dwar l-‘Operational Support Unit’

Neville Gafa

~ 15 hours ago

Il-poodle tad-Defnisti jipprova jqajjem dubji dwar l-‘Operational Support Unit’

Għadni kemm rajt post tal-Prof. Andew Azzopardi taċ-ċingi bħall-eroj tiegħu Austin Gatt. Sieħeb Peppi Azzopardi magħruf bħala l-coach, ma jitlifx okkażjoni biex jikkritika direttament jew indirettament lill-Ministru Byron Camilleri.

 

Issa dan il-puritan qed jilgħabha tal-iblah bil-għan li joħloq dubji dwar l-skwadra tal-OSU.

 

Onestament għadni ma nistax nifhem x’fakultà huwa dekan dan il-poodle tad-Defnisti. Żgur li jkun jikkwalifika għall-Fakultà tal-Arroganza.

 

 

 

 

Lill-poodle tad-Defnisti nfakkruh li fl-2022, taħt it-tmexxija tal-Ministru Byron Camilleri twaqqfet għall-ewwel darba l-Aġenzija għas-Servizzi ta’ Detenzjoni.

 

Id-Detention Services fiż-żmien Gvernijiet Nazzjonalisti kien dipartiment imlaqqat, u saħansitra eks skola u eks barracks tal-AFM spiċċaw iservu ta’ dormitroju għax il-Gvern Nazzjonalista kien qata’ qalbu li jsib soluzzjoni għall-imigrazzjoni illegali.

 

Lill-poddle tad-Defnisti infakkruh fl-irvellijiet spissi u ħarbiet b’mod regolari li fi żmien il-PN kienu saru l-ordni tal-ġurnata.

 

L-OSU hi l-‘Operational Support Unit’. Din l- skwadra toffri appoġġ lill-pulizija fil-kontrolli kontinwi li jsiru relatati mal-immigrazzjoni llegali, iżda dejjem taħt it-tmexxija tal-Pulizija tal-Immigrazzjoni.

 

Kien iffirmat ftehim kollettiv bla preċedent mal-GWU u l-ħaddiema ingħatatilhom id-dinjità li jixirqilhom, b’pagi u kundizzjonijiet xierqa.

 

 

 

 

 

Tajjeb li ngħidu li is-CEO hu mental nurse kwalifikat b’masters. Hemm team ta’ Welfare Officer, tabib u nurses full time.

 

Andew Azzopardi għandu ħabta jilgħabha tal-iblah u taparsi mhux jifhem.

 

Disa’ xhur ilu, wara li l-Qorti Ewropea kkundannat l-iskema tal-Gvern Malti b’rabta mal-bejgħ tal-passaporti,  f’kummenti fuq Facebook, Prof. Andrew Azzopardi qal hekk;

 

“𝐎𝐧𝐞𝐬𝐭𝐚𝐦𝐞𝐧𝐭 𝐪𝐞𝐝 𝐧𝐢𝐩𝐩𝐫𝐨𝐯𝐚 𝐧𝐢𝐟𝐡𝐞𝐦 – 𝐢𝐦𝐦𝐚 𝐟𝐢𝐥-𝐰𝐚𝐪𝐭 𝐥𝐢 𝐯𝐞𝐫𝐚 𝐬𝐤𝐞𝐦𝐚 𝐥𝐢 𝐭𝐫𝐞𝐧𝐝𝐢 𝐥-𝐟𝐥𝐮𝐬 𝐢𝐦𝐦𝐚 𝐝𝐚𝐤 𝐣𝐚𝐠𝐡𝐦𝐢𝐥𝐡𝐚 𝐚𝐰𝐭𝐨𝐦𝐚𝐭𝐢𝐤𝐚𝐦𝐞𝐧𝐭 𝐚𝐜𝐜𝐞𝐭𝐭𝐚𝐛𝐛𝐥𝐢?”

“𝐈𝐬𝐬𝐚 𝐩𝐚𝐣𝐣𝐢ż 𝐥𝐢 𝐣𝐢𝐭𝐤𝐞𝐥𝐥𝐞𝐦 𝐝𝐰𝐚𝐫 𝐢𝐧-N𝐚𝐳𝐳𝐣𝐨𝐧 𝐦𝐢𝐧𝐧 𝐬𝐛𝐢𝐞ħ 𝐀𝐥𝐥𝐚 𝐬𝐚 𝐦𝐚 𝐣𝐢𝐝𝐥𝐚𝐦, 𝐥𝐢 𝐣𝐠ħ𝐨żż 𝐥-𝐈𝐧𝐝𝐢𝐩𝐞𝐧𝐝𝐞𝐧𝐳𝐚, 𝐢𝐥-Ħ𝐞𝐥𝐬𝐢𝐞𝐧 𝐮 𝐫-𝐑𝐞𝐩𝐮𝐛𝐛𝐥𝐢𝐤𝐚, 𝐥𝐢 𝐤𝐢𝐟 𝐣𝐢𝐭𝐟𝐚ċċ𝐚 𝐛𝐚𝐫𝐫𝐚𝐧𝐢 𝐟𝐮𝐪 𝐝𝐠ħ𝐚𝐣𝐬𝐚 𝐧𝐠ħ𝐚𝐝𝐝𝐮𝐡 ġ𝐮𝐫𝐢 – 𝐝𝐢𝐧 𝐥-𝐢𝐬𝐤𝐞𝐦𝐚 𝐦𝐡𝐢𝐱 ż𝐦𝐚𝐧𝐭𝐞𝐥𝐥𝐚𝐫 𝐭𝐚’ 𝐝𝐚𝐧 𝐤𝐨𝐥𝐥𝐮, 𝐣𝐞𝐰 𝐠ħ𝐚𝐱 𝐭𝐫𝐞𝐧𝐝𝐢, 𝐨𝐤?

𝐍𝐞𝐫ġ𝐚’ 𝐧𝐠ħ𝐢𝐝: 𝐪𝐞𝐝 𝐧𝐢𝐩𝐩𝐫𝐨𝐯𝐚 𝐧𝐢𝐟𝐡𝐞𝐦.”

 

 

Mela la jħobb jilgħabha tal-iblah, ejja nkomplu miegħu.

 

 

Sur Andrew Azzopardi, jekk mhux sejjer żball, fl-2023 bintek ħadet sehem fil-‘Games of the Small States of Europe’ (GSSE). Jidher li kienet rebħet tlett midalji tad-deheb.

 

Aħna nawgurawlha kull suċċess, għax m’aħniex tfal ħżiena.

 

 

During the Games of the Small States of Europe in 2023, Claire Azzopardi won 3 gold medals.

 

 

Issa bħal ma taf sew, għal kull midalja tad-deheb mirbuħa, l-atleti ħadu €10,000. Mela bintek ħadet €30,000. Naqblu?

 

Int lest li tagħti parir lit-tifla tiegħek sabiex tirritorna it-tletin elf ewro li ġie mgħotija mill-Gvern Malti, liema flus ġew mill-programm taċ-ċittadinanza?

 

Isa, urina kemm int paladin tal-politika onesta. 

 

U bil-ħaqq, terġax tqabbad uffiċjali għolja tal-Partit Laburista sabiex ma nsemmix u ma nġibx ritratti ta’ bintek. Daħalha f’rasek li dawn il-mossi miegħi ma jaħdmux, anzi aktar nagħmel.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

2 Comments

  1. Vince January 30, 2026

    Dawn il-ftit noti li ktibt Sur Gafa ser iġibu lura eluf ta’ voti lura lejn il-Partit Laburista!!! Lingwaġġ bħal dan ikompli jbiegħed aktar nies lil hinn mil-Partit Laburista li jidher li nħakem minn klikka estremista li ħlief ħsara mhix tagħmel. Komplu sejrin hekk u telf voti ser ikun akbar!!!

    Reply
  2. saviour stivala January 30, 2026

    Dak li jhobb jilghabba tal-iblah bil Malti ”DEJJAQ” U IBAGHATI BIEX JGHAMEL XOHOLU. Hasra li il-partit tilef il-vot ta VINCE dejaq ihor li dejjiem ivota PL. ALLA izhom idejh fuqu misken.

    Reply

Leave a Comment saviour stivala Cancel Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *