L-Isfidi tal-Partit Laburista għall-Elezzjoni Ġenerali li Jmiss

Neville Gafa

~ 3 weeks ago

L-Isfidi tal-Partit Laburista għall-Elezzjoni Ġenerali li Jmiss

Minn Osservatur Ta’ Ġrajjiet Kurrenti Msieħeb fil-Partit Laburista

 

 

 

Partit Laburista

 

 

 

Filwaqt li bla dubju numru estensiv ta’ partitarji Laburisti bħali ta’ kuljum jitkellmu ma’ qraba u ħbieb u fuq kollox ma’ imsieħba bħali dwar id-data potenzjali għal elezzjoni ġenerali, f’dawn l-artikoletti li mill-qalb qed inkun nikteb ser nagħti stampa ċara u veritiera ta’ dak li mhux biss jiġi msefsef fil-widnejn imma ta’ ħafna aktar li ħutna l-Laburisti jgħidu bl-izjed mod apert partikolarment lil Ministri u Segretarji Parlamentari dwar l-uġigħat tagħhom.

 

Dan l-ewwel artikolett nixtieq niddedikah lill-ewwel sfida primarja li għandu l-Partit Laburista iżda fuq kollox il-Leader bħala Prim Ministru.

 

 

Robert Abela

 

 

Filwaqt li Robert Abela jinsab bejn il-morsa u l-inkwina peress li moħħu jgħidlu li għandu jsejjaħ elezzjoni bikrija mhux iżjed tard minn Ġunju 2026, jiġifieri sena u xahrejn qabel l-iskadenża tal-leġislatura leġislattiva ta’ dan il-Gvern immexxi minnu, bla dubju Robert Abela nnifsu għandu numru ta’ sfidi partikolari biex iwassal għal tali konvinċiment.

 

L-ewwel: Hawn xi kriżi kostituzzjonali f’Malta fejn membri tal-Gvern qasmu l-Kamra tar-Rappreżentanti u għaldaqstant ġabu fix-xejn il-maġġoranża parlamentari li kellu minn dejjem fil-leġislatura l-Partit Laburista? – Le mhux il-każ.

 

It-tieni: Hemm xi diżgwid mal-Kummissjoni Ewropea dwar id-defiċit tal-pajjiż li minħabba fih Malta mhux ser jirnexxilha toħroġ mill-Excessive Deficit Preocedure – jiġifieri nefqet ftit iżled minn dak permess mill-Unjoni Ewropeja biex tkun ta’ wens u sostenn liċ-ċittadini tagħha? Le mhux il-każ lanqas.

 

It-tielet: Hemm xi polemika għaddejja mal-Bank Ċentrali Ewropew li aħna l-Laburisti almenu ma nafux dwarha rigward xi stampar ta’ karti tal-flus tal-Ewro x’imkien f’Malta u li sabu lilhom infushonm fiċ-ċirkolazzjoni? – Le lanqas mhux il-każ.

 

Ir-raba’: Kien hemm xi ħaġa li nżammet mistura minna l-Laburisti dwar il-kunflitt fl-Ukraina li ma ġietx mgħarrfha lilna? – Sa fejn hu magħruf mhux il-każ lanqas.

 

Il-ħames: Hemm xi punt partikolari dwar il-kunflitt tal-Medda ta’ Gaza li Malta kienet involuta fih u li qatt ma ġie relevat? Ma jidhirx li hu l-każ lanqas.

 

Is-sitta: Niftaħru u hekk hu li għelibna l-Pandemija tal-Covid u għamilna lil kulħadd sinjur, għaldaqstant hemm xi ħaġa li mhux tasal għandna l-Laburisti dwar din il-pjaga li forsi nżammet sigriet? Mhux il-każ lanqas.

 

Is-seba’: Forsi ser jingħalaq il-Kanal tas-Suez fix-xhur li ġejjin u ser joqtolna bil-ġuħ, għaldaqstant ikun iżjed għaqli li tissejjaħ elezzjoni ġenerali bikrija ħalli ma jkunx hawn effetti ħżiena fuq Malta? Mhux il-każ lanqas.

 

It-tmienja: Jista’ ikun li Malta ser ikollha tibgħat is-suldati limitati tagħha Greenland biex tgħin lil dawk Daniżi jiddefendu t-territorju tagħha u għaldaqstant Robert Abela jkun irid jikseb mandat elettorali ġdid biex ikun jista’ jagħmel dan? Le mhux il-każ żgur għal Malta ħanina tagħna.

 

Mela x’inhu dak kollu li b’xi mod qed jintriga lil Robert Abela jimbotta lilu nnifsu li jsejjaħ elezzjoni ġenerali bikrija sena u xahrejn qabel jispiċċalu l-mandat leġislattiv li għandu?

 

Robert Abela u l-Partit Laburista fil-Gvern inħakmu minn letarġija esaġerata li ilna ma naraw bħalha mill-2010, jiġifieri l-aħħar leġislatura ta’ Lawrence Gonzi meta l-gvern tiegħu kien xjaħ. Ministri, Segretarji Parlamentari u Deputati jaħsbu li tista’ tirbaħ l-elezzjoni tiġi meta tiġi billi tagħmel uploads tal-partner tiegħek għaliex għandu l-birthday b’xi daħka falza u sfurzata fuq facebook, jew għaliex it-tifla kellha l-birthday u qed tawguralha, jew it-tfal tiegħek deħlin jew ħerġin mill-iskola, jew tagħmel xi messaġġ għaliex tkun għamlet xi beżqa xita x’imkien. Ġibulu ftit rispett lill-Leader jekk jogħġobkom u almenu rrispettaw l-intelliġenża tagħna l-Laburisti. Aħna kapaċi naqraw dak li ma jinkitibx iżjed milli taħsbu intom.

 

Mhux bilfors ikollu jsejjaħ elezzjoni ġenerali bikrija Robert Abela meta llum il-Laburisti u ħutna l-Maltin kollha ma jinqdew imkien f’ebda dipartiment jew minn kull entita’ governattiva oħra. Kollha sinjali ta’ letarġija. Għejja tboss.

 

Alex Borg

 

 

Ma ninsewx lanqas jekk irridu nkunu onesti li fl-aħħar 4 xhur trid jew ma tridx il-Kap Nazzjonalista Alex Borg ġab ċertu entużjazmu li kompla tappan it-telqa tagħna, tant li meta titkellem ma’ Laburisti bħalna nkluż dawk f’organi tal-Partit jgħidulek li ma tistax tafda li ma jmurx Borg ikompli jidħlilna flok ma ngħidu bil-maqlub: ejjew inxammru ħalli noffru sfida ta’ vera lix-xejn u nerġgħu nirbħu b’maġġoranza sabiha.

 

Dawn huma l-iprem sfidi li l-ewwel għandu Robert Abela nnifsu bħala Prim Ministru u Leader tal-Partit tagħna filwaqt li bla dubju konxju li t-taparsi raġunijiet msemmija biex isseħħ elezzjoni ġenerali bikrija m’għandhom ebda validita’ ta’ xejn.

 

Rizoluzzjoni waħda biss fl-opinjoni fqira tiegħi ta’ kważi bniedem anzjan: Ejjew inxammru u nħabbtu l-bibien. Kemm il-Laburist, il-floater u kif ukoll in-Nazzjonalist jieħdu gost li jaraw kandidat għall-elezzjoni ġenerali jħabbatlu l-bieb u bla dubju din hi r-raġuni primarja għaliex m’għandiex issir elezzjoni ġenerali bikrija ħalli ċ-ċittadini jingħataw l-opportunita’ li jiltaqgħu mal-kandidati tagħhom u mhux indaħħlu fil-moħħ tan-nies li jeħtieġ li ssir qabel peress li d-distakk bejn il-partit tagħna u n-Nazzjonalisti qed jonqos.

 

 

Bla dubju t’hawn fuq hi l-verita’ u xejn izjed mill-verita’ u għalhekk zgur li ser ikollha ħafna reazzjonijiet iżda fuq kollox jekk kull wieħed u waħda minna jieħu l-inkarigu biex jekk inkunu nafu li ser ikun hemm xi Laburist jew Laburista li mhux ser jivvutaw, nagħmlu dak kollu possibbli għal konvinċiment peress li l-aħjar triq għal Malta tibqa’ dejjem Labour.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

4 Comments

  1. Vince February 4, 2026

    Ħabib, il-Partit Laburista tilef il-fiduċja ta’ eluf ta’ Laburisti primarjament għall-inkompetenza ta’ ċertu Ministri. Is-survey li ħareġ nhar il-Ħadd li għadda fuq il-Malta Today jitkellem waħdu. L-inkompetenza u l-arroganza huma s-sies ta’ kull renju li jisfuma fix-xejn u jekk int midħla ta’ ċertu ministeri taf x’qed ngħidlek. Nies li rebħa elettorali għalihom hija awtomatika. Waħda mill-akbar problemi hija l-governanza tajba. Mhux veru li l-maġġoranza tal-Laburisti li mhux ser jivvutaw għax riedu xi ħaġa u ma ħaduhiex (probabbli dawk huma nies li m’għandhomx raġun)! Dawn huma sezzjoni mil-maġġoranza akbar ta’ dawk li xebgħu jisimgħu stejjer li jdarsuk! Il-prezzijiet tal-propjeta’ hija rejalta kerha li ġabet liż-żgħażagħ taghna f’diffikultajiet kbar biex jixtru l-ewwel kabuba tagħhom!! Qasam li spiċċa tal-biki!! Infrastruttura li mhux tlaħħaq ma’ l-ispluzzjoni fil-popolazzjoni u numru ta’ turisti li qed jiġu! Dikjarazzjonijiet favur il-President Amerikan minn ċertu esponenti żgur li għamlu ħsara u darsu bosta nies. Fis-settur pubbliku hemm ċirkostanzi endemiċi li jekk inti mid-distrett, jafek il-ministru u tħobb teqred, allura tista’ timxi ‘l quddiem, jekk le oqgħod saffar!! Ftehimiet kollettivi li f’ċertu aspetti ħolqu bosta nġustitizzji. Tkellem ma’ nies li jaħdmu fis-settur pubbliku u jgħidulek. Politiċi laburisti li nqattgħu kompletament mir-rejalta’ tan-nies u tarahom biss f’xi ritratt li ma jħalli effett fuq ħadd u ma jinteressa lil ħadd. L-aktar ministru popolari ma jidher imkien u sħabu għandhom jieħdu l-eżempju!!! Għaliex in-nies xogħol u umilta’ jridu u mhux pożi!! L-għoli tal-ħajja rejalta iebsa oħra b’mod speċjali għal dawk li jaqilgħuha u jiekluha!! Inkomplu darba oħra!!

    Reply
    1. B. Borg February 7, 2026

      Amen

      Reply
  2. Paul Abela February 4, 2026

    @Vince – Grazzi. Ma stajtx tispjegha ahjar. Jien wiehed minn dan il-cohort. Ma nasal qatt nivvota PN pero jekk nivvota lill-partit tieghi kif qed jimxi illum inkun qed immur kontra l-principji tieghi.

    Reply
  3. B. Borg February 7, 2026

    There are no big challenges ahead.

    Simply don’t vote for Robert and his henchmen and those useless politicians.

    One can still vote for the PL but leaving those out will give a service not for the political party but on a national scale.

    We work hard and thus we pretend our politicians should work harder and be fair.

    Reply

Leave a Comment B. Borg Cancel Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *