Il-media tal-Partit Nazzjonalista ħarġu gidba fuqi u fuq żewġ membri oħra tal-Kabinett li ninsabu msefrin. Qalu li jien ma vvutajtx favur in-nomina ta’ Consuelo Scerri Herrera, imħallef li għandha l-kompetenzi kollha ideali għal kariga ta’ Prim Imħallef.

Fil-fatt jien ninsab fir-Renju Unit. Hawn qed naħdmu fuq inizjattivi u proġetti ta’ riċerka relatata mal-kura tal-kanċer.

Oppożizzjoni maqsuma, iddisprata u qarrieqa.
Żjara f’Sutton f’Jum Dinji kontra l-Kanċer li fakkritna fil-qalb kbira tal-poplu Malti, li dejjem kien ta’ spalla għal Puttinu Cares.

Permezz ta’ Komunità Malta, il-Gvern qed jiffaċilita l-investiment f’Ċentru Olistiku ġdid fil-Mosta li se jkun operat minn Puttinu Cares. Dan il-proġett, li qed isir fuq art mogħtija mill-Istat, se jara lill-Gvern jassisti wkoll fl-iffinanzjar tal-operat tiegħu b’rispett lejn il-ġenerożità tal-poplu Malti.
Qed ninvestu b’sens qawwi ta’ filantropija biex niżguraw kura u dinjità għal kull individwu, għaliex għalina l-pazjent dejjem jiġi l-ewwel.


1 Comment
Keith, tajjeb li qed tandem fuq xi haga importanti ghaddej-socjeta’ taghna.
Nifhem, li kontra qalbek Kellek titlaq u ma tiopartecipax fl-ezercizzju demokratiku.
Jien tal-fehma li Ghandek tressaq a private member’s bill biex kull politiku li qed jokkupa siggu fl-ghola instituzzjoni ghandu jerfa’ responsabilta’ meta jkun qed ixerred informazjoni li mhux minnha.
Mhux qed tindunaw li l-elettorat imxebba’ b’atitudni infantili?