Il-Partit Laburista jrid jirbaħ l-Elezzjoni Ġenerali li jmiss?

Neville Gafa

~ 4 weeks ago

Il-Partit Laburista jrid jirbaħ l-Elezzjoni Ġenerali li jmiss?

Jekk il-Partit Laburista jrid jirbah l-Elezzjoni Ġenerali li qegħdha wara l-bieb, allura għandu jħares lejn kif titmexxa l-Knisja Kattolika.

 

Issa min jifhem il-politika Maltija għandu jkun jaf kif Gvernijiet Laburisti mxew kemm sa mit-twaqqif tiegħu kif ukoll fi żminijiet aktar riċenti.

 

Il-Knisja Kattolika f’Malta kienet, għadha u tibqa’ b’saħħitha. Irrelevanti minn numri ta’ nies li jattendu għall-Quddiesa nhar ta’ Ħadd. Dawk il-persentaġġi ma jirriflettux il-livell ta’ saħħa.

 

Anzi juru l-oppost.

 

Il-Knisja għadha u tibqa’ b’saħħitha.

 

Il-mudell tal-Knisja f’Malta qatt ma nħadem skont in-numri, iżda skont il-politika li sawret lill-Knisja. L-istess il-Partit Laburista. Partit li kien issawwar primarjament fuq il-valuri soċjali fost l-oħrajn. Dan mingħajr ma ninsew il-valuri Nsara li dejjem ħaddan dan il-Partit. Anke fi żminijiet tad-dlam u persekuzzjoni mill-Knisja, it- tagħlim ta’ Ġesù Kristu ipprevala.

 

In-numri dejjem ġew wara.  Għax il-Partit Laburista qatt ma ħares lejn in-nies bħala numri.  Qatt Il-Partit ma tqaħħab biex iżid fin-numri. U għalhekk mill-2013 ‘l hawn rajna żieda astronomika fin-numri. It- twemmin ġie l-ewwel. Fl-2008 inbeda strutturar kbir fil-Partit, madankollu it- twemmin u l-ideal baqa’ li kien. Wara beda jħares lejn in-numri li sarfu fl-akbar rebħa elettorali fl-Istorja ta pajjiżna.

 

Sfortunatament, tul dawn l-aħħar snin, il-Partit Laburista beda jinfluwenza ruħu minn numri. Dan wassal sabiex bosta Laburisti mill-għeruq twarrbu u sfaw umuljati u  saħansitra ġew oħrajn friski daqs ħassa li qabżu l-kju u kienu huma stess li umiljaw lill-ħafna minn ħutna Laburisti.

 

Il-Partit Laburista wasal fi stat li ma jistax jibqa’ jħares lejn in-numri ta’ ftit snin ilu. Ikun żball kbir jekk politikament infasslu l- politika tal-futur qarib skont in-numri li ġibna fl-aħħar Elezzjoni Ġenerali tal-2022.

 

Ċertu nies li qed jagħtu ċertu pariri qegħdin kuljum jitfgħuna ġol-ħajt. Il-Prim Ministru jaħdem qatigħ.  Però l-Gvern jeħtieġ joqgħod attent u jixtarr ċertu pariri li qed jingħata minn ċertu nies. Għax l-aġenda tagħhom mhux dik tal-Partit Laburista. Ma hemmx armonija mal-aġenda tal-Partit u tal-Gvern Laburista.

 

Nies li qatt ma kienu parti mill-familja Laburista ma jistgħu QATT jifhmu it-twemmin u l-passjoni li bihom tnissel u li fuqhom issawwar il- pedament ta’ dan il-Partit. Biex tħoss u tifhem dak li jħoss il-Laburist lejn il-Partit Laburista trid tkun twelidt fih. Il-bqija jridu jgħaddu għexieren ta’ snin biex forsi wieħed minn barra jibda jifhem xi tfisser li tkun Laburist, jew jibda jifhem il-veru kobor tal-Partit Laburista u x’ wasslu biex ikun daqshekk glorjuż.

 

Nibqgħu nemmnu li l-bibien għandhom ikunu miftuħa għal kulħadd. Merħba lil din id-dar u kull min jgħammar fiha. Merħba lil kull min irid jingħaqad u jsir parti minn dan il-Moviment. Però jinżamm il-kju. Għax fil-politika,  li tal-ewwel jiġu l-aħħar u tal-aħħar jiġi l-ewwel ma taħdimx. Twassal għal kollass politiku.

 

Iż-żmien li n-numri jkunu fiċ-ċentru tat-tfassil tal-istrateġija politika għadda u ndifen fil-passat remot. Ejja nagħmlu “eżami tal-kuxjenza” sabiex naraw fejn qed infallu. Lil min qed nonqsu minn ħutna. Ejja naraw kif se nwaqqfu dan il-momentum li għalkemm għandna xi tużżana siġġijiet parlamentari aktar, in-Nazzjonalisti telgħu fuq rasna u saħansitra għelbuna fl-ogħla Istituzzjoni tal-pajjiż.

 

Il-Knisja Kattolika naqset fin-numri u baqgħet b’ saħħitha. Il-Partit Laburista żied fin-numri u beda jiddgħajef.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

3 Comments

  1. Vince February 6, 2026

    It-telf ta’ voti għall-Partit Laburista ilu għaddej saħansitra minn qabel l-elezzjoni tat-2022. Dakinhar il-PL naqqas 8000 vot. X’sar???? Xejn??!! Litteralment ma’ jinterasshomx! Partit li nqatgħa kompletament minn man-nies! Numru ta’ membri tal-kabinett li misshom ilhom li tneħħew! Is-survey ta’ nhar il-Ħadd li għadda jitkellem waħdu!! Il=PM kellu ċ-ċans fejn jintroduċi demm ġdid u naqas milli jagħmel dan u ser iħallas il-prezz fl-elezzjoni. Jekk inżertajt uffiċjal pubbliku u tkun mid-Distrett tal-Ministru, jafek sew u tħobb tilagħaq għandek ċans tavanza, il-bqija oqgħod saffar. L-akbar problema li għandu Gvern Laburista hija l-governanza tajba! Il-maġġoranza tan-nies li mhux ser jivvutaw, inkluż jien, xbajna bil-kummiedji li tisma’ kuljum! Xi ħadd irid jibaħat messaġġ u hekk se jiġri. Hemma ħemel ta’ ċirkostanzi u deċiżjonijiet li xejn ma niżlu tajjeb. Tista’ tikteb ktieb! Ser nieqaf fuq l-aħħar episodju tal-Prm Imħallef. Jidher ċar li ser tgħaddi tal-Oppożizzjoni għaliex il-gvern issa m’għandux għażla ħlief minn dawk l-erbgħa li ssemmew mill-Kap tal-Oppożizzjoni. Inħoss li l-kalkoli tal-gvern kienu ħżiena li issa ser ikollu jbaxxi rasu minkejja li l-oppożizzjoni kienet dgħajfa l-argumenti tagħha. Imma kienet b’saħħitna fuq l-eżitu u kif ser tipprogressa l-istorja.

    Reply
    1. B. Borg February 7, 2026

      Amen

      Reply
  2. B. Borg February 7, 2026

    The PL may win the election with a small majority.

    The electorate in general had enough of our greedy, deceitful, selfish, passive, lazy, pompous and lip service politicians.

    On both sides, the political parties got the message. Both political leaders manages to uninspire a whole nation.

    For decades our political class are pulled by the construction lobby, the tourism lobby, automotive lobby and some professions causing a regression in our standard of living and wellbeing.

    I will vote but I would send a message. I don’t vote for those politicians who care less about us. Those politicians who are close to Robert who has turned Malta into an abelagonzi+

    Look what happened. An establishment who forced us to get an inexperienced politician Robert to take the country under his helm and then placing his “bots” everywhere and on the other side, the same establishment managed to engage their plan too now. Starting with the PN secretary and then their leader.

    Do you still doubt the abelagonzi+ dominion?

    Be smart. Be careful whom you are voting. We don’t need another abelagonzi+ regime. This regime is the ruin of our country. Look at the Lawrence Gonzi time and the Robert Abela time.

    Reply

Leave a Comment B. Borg Cancel Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *