L-Istorja Tirrepeti Lilha Nnifisha

Neville Gafa

~ 3 weeks ago

L-Istorja Tirrepeti Lilha Nnifisha

Minn Osservatur Tal-Istorja Msieħeb Fil-Partit Laburista

 

 

Agatha Barbara

 

 

Dak li qegħdin naraw jizviluppa f’dawn il-ġranet hu identiku ma’ dak li assistejna għalih qabel l-Elezzjoni Ġenerali tal-1987 meta Guido De Marco, Ċensu Tabone u Ugo Mifsud Bonnici kienu talbu lill-President Agatha Barbara biex tmexxi l-laqgħat dwar riforma fil-proċess elettorali meta fl-elezzjoni ta’ Diċembru 1981 il-Partit Laburista rebaħ iżjed siġġijiet u mhux iżjed voti.

 

Agatha Barbara kienet ħalliet f’idejn iż-żewg naħat biex jiltaqgħu waħedhom u waslu, hekk kif qed tindirizza l-materja fil-preżent il-President attwali. Fuq nota storika wkoll, wieħed m’għandux jinsa l-merti kbar li kellu l-Perit Dom Mintoff innifsu, iż-żiju tal-Imħallef Wenżu Mintoff li Alex Borg qed jipproponi biex hu jkun il-Prim Imħallef li jmiss u bla dubju li l-integrita’ tiegħu fil-kamp legali hi ta’ tarka għalina ċ-ċittadini.

 

 

Wenzu Mintoff

 

Sinċerament nemmen mill-banda l-oħra li din il-materja ma kellhiex għalfejn tasal s’hawn peress li meta waqt id-dibattitu fil-Parlament nhar l-Erbgħa l-Kap tal-Opposizzjoni stieden lil Robert Abela biex jieqaf id-dibattitu fil-Parlament u jibdew jiddiskutu minnufih, il-materja setgħet tibda’ tiġi ttrattata mill-ewwel bħalma kien ġara qabel l-1987.

 

Rajna wkoll fil-verita’ kif Robert Abela imma issa stqarr li stieden lil Alex Borg biex jiltaqgħu u hekk ġara nhar il-Ġimgħa, imma li hu żgur hu li Consuelo Scerri Herrera issa hi barra mill-logħba peress li f’kumment li ta lill-ġurnalisti Robert Abela wara l-laqgħa ta’ nhar il-Ġimgħa stess m’Alex Borg, stqarr bl-iżjed mod katergoriku li issa qed tkun imfittxija persuna alternattiva u dan jista’ iwassal biex ikun hemm possibilta’ minn ċerti kwartieri li jibdew jgħidu li l-posizzjoni tagħha bħala ġudikant issa m’għadiex aktar tenibbli.

 

 

 

Bla dubju li l-Partit Laburista jeħtieġ li jitgħallem mill-annali tal-istorja li ma taħfirha lil ħadd u bħal tazza ilma titfgħek fl-Oppożizzjoni  għal 20 sena.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

3 Comments

  1. Vince February 11, 2026

    Ċertament li din hi storja li ma messha qatt waslet s’hawn. Storja li kompliet turina kemm-il klassi politika tagħna hi ta’ diżappunt u tnaqqas mill-fiduċja li bosta nies tilfu fiha. Bla dubju li Alex Borg lagħab il-karti tiegħu sew u minkejja li kien fqir fl-argumenti tiegħu għaliex m’aċċettawx in-nominata tal-Gvern, ħareġ b’saħħtu fuq ir-riżultat aħħari. Il-Gvern ser ikollu jbaxxi rasu biex jew jiġi nnominat xi ħadd minn dawk l-erbgħa proponuti mill-Oppożizzjoni jew irid jinstab xi ħadd ġdid. Jekk ser jiġu skartati l-ismijiet ta’ l-erbgħa nominati l-Gvern ser jiġi ssikkat sabiex jgħid għalfejn sab oġġezzjoni, fosthom in-nomina ta’ Wenzu Mintoff. Sitwazzjoni li taf tkun imbarazzanti! Imma l-akbar diżappunt hu li l-klassi politika qed tilgħab bl-ismijiet ta’ ġudikanti serji f’settur li suppost huwa kompletament indipendenti mill-eżekuttiv! Jidher li l–mekkaniżmu fuq dan il-ħatriet, li ddaħħal ftit ta’ snin ilu, mhux qed jagħti r-riżultati mixtieqa. Miinn dan l-episodju joħroġ ċar li l-klassi politika ta’ pajjiżna ser tkompli togħdos l-isfel fil-fiduċja li tgawdi fl-istrata ta’ dawk li jemmnu f’governanza tajba, serjeta’ u kontabilita’! Il-klassi politika għandha bżonn titgħallem li din l-istrata dejjem qed tikber u qed issir forża b’saħħitha ħafna!

    Reply
  2. Joseph Said February 11, 2026

    Li qed nara identiku fl’istorja politika lokali riċenti, hu il-kas tal-Universita Americana gewwa Bormla.
    Veru li x-xatt ta’ quddiem AUM hu propjetà taghha? Għax fuq kwistjoni simili, iżda għal raġunijiet differenti, kwistjoni bejn Alfred Sant u Dumiku Mintoff spiċċat biex waqa gvern.

    Reply
    1. Vince February 12, 2026

      Jekk vera naqbel! F’dak il-każ, nixtieq inkun naf id-deputati u kandidati tad-distrett x’inhi l-opinijoni tagħhom, inkluż il-Prim Ministru li hu kandidat fuq dak id-distrett.

      Reply

Leave a Comment Joseph Said Cancel Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *