Ir-rapport kontra Marigold u Joseph u Michelle Muscat ibbażat fuq xhieda ta’ persuna li l-Kummissarju għall-iStandards m’għandu ebda dritt jinvestiga  

Neville Gafa

~ 21 hours ago

Ir-rapport kontra Marigold u Joseph u Michelle Muscat ibbażat fuq xhieda ta’ persuna li l-Kummissarju għall-iStandards m’għandu ebda dritt jinvestiga  

Mir-rapport dwar ir-rilaxx ta’ impjegati pubbliċi biex iservu ma’ għaqdiet voluntarji, imħejji mill-uffiċċju tal-Kummissarju għall-iStandards fil-Ħajja Pubblika joħroġ li fost dawk li intalbu jmorru jagħtu x-xhieda tagħhom quddiem il-Prim Imħallef Emeritus Joseph Azzopardi kien hemm Dr Joyce Cassar Segretarju Permanenti tal-People and Standards Division fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru. Dr Cassar xehdet fit-tul ħafna għal darbtejn, fit-30 ta’ Settembru 2024 u fl-14 ta’ Lulju 2025.

 

Il-Kummissarju għall-iStandards fil-Ħajja Pubblika ta’ piż kbir lix-xhieda ta’ Dr Cassar u bbaża ħafna mir-rapport tiegħu fuqha. Is-sabiħa hija li fl-istess rapport il-Prim Imħallef Emeritus Azzopardi kiteb illi ‘Bħala Segretarju Permanenti, Dr Joyce Cassar ma taqax taħt l-Att dwar Standards fil-Ħajja Pubblika’. Hekk sew. Mela l-Kummissarju għall-iStandards b’ammisjoni tiegħu stess ibbaża l-każ kollu tiegħu fuq xhieda ta’ persuna li fi kliemu stess bil-liġi huwa m’għandu ebda ġurisdizzjoni fuqha u ma jistax jinvestigaha.

 

Bir-rispett kollu lejn kulħadd ftit li xejn jista’ jkollna fiduċja f’rapport li biex sar l-Uffiċċju tal-Kumissarju tal-iStandards ma sab ebda problema li jinjora dak li tgħid il-liġi.

 

 

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

2 Comments

  1. saviour stivala February 20, 2026

    Diga ghadlek li il-kumisstalarju ta-istandars peres li u gharef hafna ghandu iziejd min riga wahda biex ikejel.

    Reply
  2. Vince February 21, 2026

    Fir-rejalta’ hemm diversi uffiċjali pubbliċi li huma seconded ma’ VOs u dan ilu jsir għal bosta snin u ma bdewx il-bieraħ. Sa fejn naf jien hemm anke Unjons li jibbenefikaw minn dan l-arraġament. Ovvjament jidher li dawn iż-żewġ organizzażżjonijiet sfaw fil-mira għal raġunijiet ovvji. Fatt ieħor li ilni nsemmih hu li uffiċjali pubbliċi jissemmew mingħajr m’għadhom ċans li rrispondu lura minħabba l-pożizzjoni tagħhom. Dan ilu għaddej!! Hemm każi fejn uffiċjali pubbliċi spiċċaw attakkati għaliex min jattakkahom jafu li ma jistgħux jirrispondu lura! Mhux ta’ b’xejn li fis-settur pubbliku hemm diversi nies validi li jibżgħu jidħlu għal ċertu karigi ta’ responsabbilita’.

    Reply

Leave a Comment saviour stivala Cancel Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *