L-Amerika waqgħet fin-nassa ta’ Ahriman

Neville Gafa

~ 9 hours ago

L-Amerika waqgħet fin-nassa ta’ Ahriman

L-Amministrazzjoni ta’ Donald Trump daħħlet f’din il-gwerra minħabba l-pressjoni kbira minn Iżrael kif ukoll mill-lobby qawwi Lhudi fl-Istati Uniti. Kemm is-Segretarju tal-Istat Amerikan Marco Rubio kif ukoll il-President tal-Kamra tad-Deputati Mike Johnson indikaw dan b’mod ċar, u minn dak li wieħed jisma’ u jaqra fuq l-internet jidher li ħafna Amerikani jifhmu li din hija gwerra oħra mmexxija fl-aħjar interess tal-Iżrael.

 

L-Iran, minn naħa l-oħra, ma joffri l-ebda theddida diretta għall-Istati Uniti, u għaldaqstant ma kien hemm ebda raġuni valida biex Donald Trump jordna l-attakk.

 

Ma nistax nimmaġina kif Iżrael u l-Istati Uniti jistgħu verament jirbħu din il-gwerra. Għal dawn iż-żewġ alleati aggressivi, ir-rebħa tkun mhux biss permezz ta’ bidla fir-reġim fl-Iran, iżda wkoll li r-reġim jiġi mibdul b’mexxejja ġodda sottomessi għar-rieda ta’ Washington u Tel Aviv.

 

Jekk dan ma jseħħx, l-Iran ċertament iżomm il-kapaċitajiet tiegħu ta’ ‘enrichment’ nukleari, ikompli jiżviluppa missili ballistiċi, missili cruise u drones ta’ distanza twila, u jkompli jappoġġja lil Hamas, il-Houthis u Hezbollah.

 

 

Fl-opinjoni tiegħi, il-probabbiltà li din il-gwerra twassal għal reġim Iranjan inklinat lejn l-Istati Uniti u Iżrael hija kważi impossibbli. Biex l-Iran jirbaħ kull ma għandu jagħmel huwa li jibqa’ wieqaf u ma jispiċċax bħala pedina f’idejn dawn iż-żewġ potenzi. Anke jekk il-munizzjon jonqos b’mod sinifikanti, il-programm nukleari tiegħu jiġi mwaqqaf, u parti kbira mill-infrastruttura tiegħu tinqered, ftit jagħmel differenza jekk ir-reġim jibqax jeżisti jew inkella jiġi mibdul b’ieħor li wkoll jirrifjuta li jċedi.

 

Ta’ min ifakkar li fil-Gwerra tal-Vjetnam, l-Istati Uniti rebħu kważi kull battalja, iżda xorta tilfu l-gwerra. Il-kwistjoni għalhekk mhix biss dwar l-Iran; hija wkoll dwar sfida usa’ għall-ordni internazzjonali ewroċentrika tal-Punent li ilha tiddefinixxi s-sistema globali għal sekli sħaħ.

 

L-Iranjani ilhom jippreparaw għal dan ix-xenarju sa mill-1979, u l-għan tagħhom mhux neċessarjament li jeqirdu lill-Istati Uniti u lil Iżrael militarment, iżda li jdgħajfuhom ekonomikament.

 

Din hija gwerra li se tieħu fit-tul u la l-Istati Uniti u lanqas Iżrael ma jidhru verament ippreparati.

 

L-Iran tal-2026 mhux l- Iraq tal-2003.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

1 Comment

  1. saviour stivala March 6, 2026

    Ahriman (angra mainyu) is the primary figure of Iranian evil.

    Reply

Leave a Comment saviour stivala Cancel Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *