Mistoqsijiet Dwar il-Forum Għall-Attivisti

Neville Gafa

~ 17 hours ago

Mistoqsijiet Dwar il-Forum Għall-Attivisti

Is-Sibt filgħodu Ittella’ forum għall-attivisti tal-Partit Laburista. Waqt l-istess forum kien hemm tliet workshops, u kif ġie irrappurtat fuq il-midja tal-Partit, dawn kienu eżerċizzju sabiex jingħata iżjed għarfien dwar kif taħdem il-politika lokali.

 

Meta naqra kummenti bħal dan ninfaqa’ nidħak. Nidħak b’mod sarkastiku.

 

Għaliex?

 

Għax meta rajt filmati relatati ma din l-attività, bħala wieħed li fil-passat ħdimt internament f’diversi sezzjonijiet tal-Partit Laburista stajt ninnota li l-maġġoranza preżenti,  li nafhom anke fuq livell personali jafu jaqraw il-politika lokali aktar milli jafuha saħansitra ċertu Membri fl-Ammistrazzjoni tal-Partit.

 

 

Iżda l-aktar fatt li jinkwetani meta rajt il-filmat ta’ din l-attività, kien li ma rajtx attendenza ta’ żgħażagħ. Dan jista’ jfisser li jew

 

  • fil-Kumitati Lokali m’għandniex żgħażagħ,

 

  • Iż-żgħażagħ m’għandhomx interessati jattendu għal dawn l-attivitajiet għax ma joffru xejn li jħajjar liż-żgħażagħ tagħna

 

  • il- Partit Laburista m’ għadux jattira ż- żgħażagħ bħal ma kien

 

Nixtieq nagħmel xi mistoqsijiet;

 

Kemm kienet l-attendenza għal dan il- Forum?

 

X’persentaġġ tirrifletti l-attendenza meta mqabbla man-numru ta’ membri tal- Kumitati tal-Partit?

 

X’ kien in-numru ta’ żgħażagħ li huma Membri fil-Kumitati Lokali li attendew?

 

X’ kienet l-età medja ta’ dawk li attendew?

 

 

Li torganizza team building u ma jkollokx parteċipazzjoni taż-żgħażagħ huwa fattur inkwetanti ħafna. Għax Iż-żgħażagħ huma il-preżent u l-futur ta’ dan il-Partit. Li nkunu lejlet Elezzjoni Ġenerali u jkollok team building mingħajr żgħażagħ huwa sinjal li l-Partit Laburista m’għadux ‘sexy’. M’għadux attraenti.

 

Il-Partit Laburista jeħtieġ ‘New Thinking’. Ilni xhur ngħidha internament iżda ħadd ma jagħti każ. Il-Partit għadu juża sistemi ta’ komunikazzjoni li konna niedejna fir-rivoluzzjoni interna li bdiet fl-2008. Illum, fl- 2026, il-Partit Laburista għadu juża l-istess manual.

 

Il-Partit Laburista jeħtieġ ‘New Thinking’.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

3 Comments

  1. saviour stivala March 14, 2026

    ”Il-partit laburista jehtieg ‘new thinking’ ”. Mella ghalek nies bhalek twarbu.

    Reply
    1. Avatar photo
      Neville Gafa March 14, 2026

      Hekk taħseb li twarrabt? Kemm ma taf xejn jaħasra.

      Reply
      1. saviour stivala March 15, 2026

        Iva, Hdejk jien ftit hafna naf.

        Reply

Leave a Comment saviour stivala Cancel Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *