Sa fl-aħħar wasal kumment imqanżaħ mis-Segretarju Parlamentari għall-Ugwaljanza u r-Riformi relatat mal-istupru ta’ minorenni mill-aħwa Said tan-Nadur. Każ li kexkex kull rokna tal-gżejjer Maltin.
Ilni mit-12 ta’ Marzu 2026 nistenna reazzjoni tas-Segretarju tal-Human Rights. Għalkemm kont ilni jiem sħaħ intella’ u nniżżel nikkummentax, preferejt nagħti ċans.

Kellhom jgħaddu għaxart ijiem biex is-Segretarju Parlamentari għall-Ugwaljanza u r-Riformi tiftaħ fommha. Illum kellha toħroġ kumment imqanżaħ wara li l-NGO Lisa Marie Foundation għamlet kummenti relatat ma dan l-iskandlu li heżżeż il-gżejjer Maltin.
Mhux l-istess kienet imxiet fil-konfront tas-Sur Ricky Caruana meta f’Jannar li għadda kien stieden lil Justin Haber fuq il-Podcast tiegħu. Dakinhar, is-Segretarju Parlamentari għall-Ugwaljanza, Rebecca Buttigieg, ikkundannat b’mod qawwi kif ukoll ikkritikat lil Ricky Caruana talli fuq il-podcast tiegħu ppermetta lil persuna kkundannata għal reati sesswali tipprova tiġġustifika l-azzjonijiet tagħha.

Ma kienx biżżejjed. Dakinhar Rebecca Buttigieg talbet sabiex Ricky Caruana jitwaqqaf minn preżentatur fuq il-PBS.
Onor. Buttigieg,
X’żammek għaxart ijiem sħaħ milli toħroġ reazzjoni? Għaliex ebda kundanna fil-konfront tal-aħwa Said tan-Nadur?

Għaliex ħriġt tikkundanna lil Ricky Caruana bla ebda diffikultà u fl-istess waqt għadek ma kkundannajtx lill-aħwa Said tan-Nadur?


1 Comment
Prosit fuq din GAFA.