POLITIKA TAL-FANTASIJA: BORG IWIEGĦED, IS-SETTUR JITĦALLA FIL-GĦAMA

Neville Gafa

~ 13 hours ago

POLITIKA TAL-FANTASIJA: BORG IWIEGĦED, IS-SETTUR JITĦALLA FIL-GĦAMA

Alex Borg qed jipprova jwiegħed kollox lil kulħadd.  Mhux hekk biss, iżda kollox f’temp ta’ 100 jum. U dan mingħajr ma jgħid kemm se jkunu qed jiswew lill- Kaxxa ta’ Malta dawn il-proposti kif ukoll mingħajr l-iċken konsultazzjoni ma’ dawk li huma direttament involuti.

 

Fost għadd ta’ Stakeholders hemm l-Association of Catering Establishments (ACE) li saru jafu bil-proposta tal-Partit Nazzjonalista li se jkun qed inaqqas il-VAT għall-stabbiliment tal-ikel minn fuq il-mezzi tax-xandir. Sadanittant, l-ACE qed jagħmlu sforzi kbar biex jippruvaw jifhmu kif suppost għandhom jiġu implimentati il-proposti ta’ Alex Borg.

 

Dan mhux biss juri nuqqas ta’ serjetà fil-mod kif qed jitfasslu il-proposti mill-Partit Nazzjonalista, iżda wkoll nuqqas ta’ rispett lejn is-settur innifsu.

 

Aktar minn hekk, l-istess rappreżentanti tas-settur qed jgħidu b’mod ċar li ma hemm l-ebda garanzija li dawn il-benefiċċji se jaslu għand il-konsumatur.

 

Dan iqajjem mistoqsija fundamentali: dawn huma verament proposti maħsuba biex jgħinu lin-nies, jew sempliċiment slogans politiċi mfassla biex jidhru sbieħ fuq il-Manifest Elettorali?

 

Intant, f’kummenti li ta l-Ministru tal-Finanzi Clyde Caruana sostna li dan it-tnaqqis tal-VAT hekk kif propost mill-PN se tkun qed tiswa lill-Gvern 140 miljun ewro.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

1 Comment

  1. saviour stivala March 24, 2026

    Il-mistoqsija hi, meta tal-pneeeeee kienu differenti min kif inuma issa?.

    Reply

Leave a Comment saviour stivala Cancel Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *