Ma kienx il-ħsieb li nikteb dwar politika lokali f’Jum il-Ġimgħa l-Kbira.
Din hija l-Avukat Alessia Psaila Zammit, eks Kunsilliera Nazzjonalista fil-lokalità tas- Siġġiewi. Mhux hekk biss, Alessia Psaila Zammit ikkontestat l-aħħar Elezzjoni Ġenerali mal-Partit tal-maduma.

Alessia Psaila Zammit tiġi l-mara tal-Eks Kandidat Nazzjonalista għall-Parlamentari Ewropew Frank Psaila. Tistgħu taħsbu kemm għandhom qalbhom tħabbat għall- Partit Laburista li kkundannahom 13 – il sena fl-Oppożizzjoni.
Però kulħadd b’xortih f’dan il-pajjiż. Speċjalment taħt Gvern Laburista. Nies bħal Alessia Psaila Zammit mhux biss jinqabżu l-kju, iżda jiġu premjati ta’ kemm ħadmu u stinkaw biex jirbħu voti għall-Partit Nazzjonalista.
Propju llum, f’Jum il-Ġimgħa l-Kbira, sirt naf li din Alessia Psaila Zammit, eks kandidata Nazzjonalista, u il-mara ta’ Frank Psaila, arċi Nazzjonalist, għadha kemm ġiet maħtura Deputat Kummissarju fuq il-Kummissjoni dwar il-Vjolenza Abbażi tal-Ġeneru u I-Vjolenza Domestika.
Aktar dettalji fl-artiklu segwenti.


1 Comment
Jigifiri int xortik hazina.