Dalgħodu waqt konferenza dwar l-Annimali, il-Kap tal-Oppożizzjoni Alex Borg qal li Gvern immexxi minnu se joħloq Ministeru iddedikat lill-Protezzjoni tal-Annimali.
Niskanta nisma dawn l-affarijiet meta tikkunsidra li kien propju Gvern Laburista li qala d-dekasteru tal-Ħarsien tal-Annimali minn taħt ‘super-ministry’ tal-Ambjent fl-2020. Dan sabiex tingħata attenzjoni speċifika lid-dekasteru tal-annimali.
Tajjeb niftakru wkoll illi sa ftit xhur ilu, fid-diskors tal-budget u s-sensiela ta’ 50 proposta li ippreżenta il-Partit Nazzjonalista, ma kien hemm l-ebda proposta fuq l-annimali. Illum irid joħloq xi ħaġa li diġa teżisti u li għaliha hemm kemm Ministru u kemm Segretarju Parlamentari iffukati fuq is-settur tal-Annimali.
Ir-riżultati li wettaqna tul dawn is-snin jitkellmu waħedhom.
– Investejna f’infrastruttura għall-klieb u qtates
– Investejna f’ambulanzi state-of-the-art
– Kull sena niddedikaw €2 miljun fi skemi
– Niġbru mal-1000 annimal fis-sena
– Saħħaħna liġijiet kontra moħqrija tal-annimali u ħafna aktar
Fadal xi jsir, imma żgur mhux ħa nieħdu lezzjonijiet mill-Oppożizzjoni dwar dan is-settur!

