Mark Anthony Sammut xhieda li l-PN bla politika fis-settur tal-enerġija.

Neville Gafa

~ 14 minutes ago

Mark Anthony Sammut xhieda li l-PN bla politika fis-settur tal-enerġija.

Mark Anthony Sammut – dak li ma riedx li ssir powerstation tal-gass – illum qed jipprova jbezza’ għax m’għandu l-ebda politika fis-settur tal-enerġija.

 

Din il-politika li jbezzgħu tikxef kemm il-Partit Nazzjonalista m’għandux idea fejn jidħol is-settur tal-enerġija.

 

 

Dan Sammut sa ftit ilu kien għadu qed jgħid li l-power station tal-gass pajjiżna ma kellux bżonnha. Kien jgħidha pubblikament fuq il-gazzetti u anke’ fuq programmi televiżivi. Kien jaħseb li l-pajjiż se jibqa’ fl-għaks, b’ekonomija staġnata kif kienu ħallewna hu u sħabu.

 

Bi Gvern Laburista l-ekonomija kibret, ix-xogħol u l-investiment żdiedu u l-kumditajiet fid-djar tal-Maltin żdiedu wkoll. Huwa biss Gvern Laburista li lill-pajjiż jattrezzah biex ilaħħaq ma’ dan kollu.

 

X’ironija! Waqt li Mark Anthony Sammut u sħabu l-oħra kienu qed jippruvaw ibeżżgħu lill-poplu, il-Ministru Miriam Dalli u l-Gvern kienu qed iħabbru investiment ta’ 15-il miljun Ewro fir-rinovabbli għall-familji u n-negozji. 

 

Robert Abela

 

Malta hija reżiljenti għaliex għandha Gvern li jaħdem bi pjan, tant li l-Prim Minsitru Robert Abela ltaqa’ mal-imsieħba tal-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali, l-MCESD, biex jiġi spjegat fid-dettal il-pjan ta’ reżiljenza ta’ Malta.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *