Vantaġġ ta’ 6 Punti Perċentwali għall-Partit Laburista: lesti għall-Elezzjoni Ġenerali

Neville Gafa

~ 1 hour ago

Vantaġġ ta’ 6 Punti Perċentwali għall-Partit Laburista: lesti għall-Elezzjoni Ġenerali

Stħarriġ politiku ppubblikat mis-Sunday Times of Malta illum il-Ħadd 19 ta April, iwassal messaġġ ċar: il-Partit Laburista jinsab b’vantaġġ qawwi ta’ sitt punti perċentwali fuq il-Partit Nazzjonalista. F’kuntest politiku, tali marġni huwa indikazzjoni ċara ta’ fiduċja assoluta fil-mod tal-governanza minn Gvern Laburista u fl-istess waqt rifjut tal-Oppożizzjoni Nazzjonalista bħala alternattiva kredibbli.

 

 

Dan ir-riżultat juri li minkejja l-kritika kontinwa minn kullimkien, il-poplu Malti jibqa’ juri fiduċja sħiħa fil-Partit Laburista. Taħt it-tmexxija tal-Prim Ministru Robert Abela, il-pajjiż gawda minn reżiljenza ekonomika, ħolqien rekord ta’ impjiegi, investiment fl-Infrastruttura, titjib fis-servizzi tas-Saħħa u tal-Edukazzjoni, u miżuri soċjali mmirati biex isostnu lill-familji. Il-vantaġġ ta’ sitt punti perċentwali jikkonferma li l-Partit Laburista jibqa’ l-uniku forza politika b’viżjoni ċara u kredibbli għall-futur ta’ Malta.

 

Dan l-istħarriġ jikkonferma li l-Partit Laburista jinsab f’pożizzjoni ideali biex umilment imur quddiem l-elettorat u jitlob mandat ieħor. Il-momentum huwa favur il- Partit Laburista: il-Partit jinsab mobilizzat, il-Manifest Elettorali qiegħed hemm, u t-tim tiegħu huwa lest biex jikkampanja b’enerġija u determinazzjoni fuq il-kisbiet u l-viżjoni tiegħu għall-futur. Elezzjoni Ġenerali immedjata tippermetti li dan l-appoġġ jiġi msarraf f’mandat ġdid u b’saħħtu, filwaqt li tagħti lill-poplu l-opportunità jikkonferma mill-ġdid l-għażla tiegħu fi żmien fejn il-fiduċja fil-Gvern tinsab fl-għola livelli.

 

Aktar dewmien huwa biss fl-aħjar interess tal-Oppożizzjoni, għaliex ikun qed jagħtiha spazju u ħin torganizza ruħha, mingħajr ma jġib benefiċċju reali għall-pajjiż. Deċiżjoni li tiġi posposta elezzjoni twassal għal inċertezza politika mhux meħtieġa u tista’ tnaqqas il-vantaġġ strateġiku li għandu bħalissa l-Partit Laburista.

 

Robert Abela

 

Il-Prim Ministru Robert Abela wera tmexxija responsabbli, iffukata u determinata, b’impenn qawwi lejn il-bżonnijiet reali tal-familji Maltin u Għawdxin. Dan ir-riżultat jikkonferma u jsaħħaħ dik il-fiduċja. Li nirrikonoxxu dan is-sinjal mill-elettorat ifisser li naġixxu b’mod deċiżiv: inxolju l-Parlament, insejħu Elezzjoni Ġenerali, u nħallu lin-nies jiddeċiedu.

 

Il-messaġġ mill-istħarriġ tas-Sunday Times of Malta huwa wieħed ċar: Malta trid tkompli fit-triq tal-progress u l-istabbiltà, u l-Partit Laburista biss jinsab f’pożizzjoni li jiggarantixxi din il-kontinwità. L-elettorat tkellem. Il-Partit Laburista lest. Issa huwa l-waqt li nimxu ’l quddiem.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *