Il-Vot tal-faqar huwa l-wegħda li tistieden u ssejjaħ lir-reliġjużi biex jgħixu fis-sempliċità. Kull reliġjuż jiddependi fuq il-ġenerożità tal-benefatturi. Jimpenjaw ruħhom li jgħixu f’komunità li tipprovdilhom l-affarijiet materjali u finanzjarju tagħhom. Il-vot tal-faqar huwa stedina biex kull reliġjuż jimxi wara Ġesù Kristu. Dan billi jħalli warajh il-ġid materjali minħabba s-Saltna tas-Smewwiet.
Il-Qassisin jieħdu l-Vot taċ-Ċelibat.
Tafu kif tiġi kkalkulata ħidmet il-Knisja?
Is-Saħħa Spiritwali tal-Knisja Kattolika Appostolika tiġi ġġudikata mill-vokazzjonijiet saċerdotali u reliġjużi.
F’Malta mhux eċċezzjoni. Iżda l-qagħda tal-Knisja f’Malta qabdet in-niżla sew. Għax meta għandek sitwazzjoni li s-Seminarju fih sitt (6) seminaristi BISS, tnejn minnhom jilħqu Qassisin ftit ġimgħat oħra, allura hija indikazzjoni serja tar-realtà Spiritwali fl-Arċidjoċesi ta Malta taħt il-kmand ta’ Charles Ġuda.

Charles Ġuda
L-Arċisqof Ġuda skonġra kemm felaħ lil kull min ma jaqsamx l-istess opinjonijiet tiegħu. Skonġra kemm felaħ fuq preżunti abbużi globali.
U issa?
Fl-aħħar qed jiġi skonġrat huwa stess. Dan saħansitra minn The Shift News!

The Shift
F’artiklu ppubblikat minn The Shift ġie kkwotat li bosta membri tal-kleru li jiffurmaw parti mill-Amministrazzjoni tal-Kurja esprimew rabja dwar dak li ddeskrivew bħala nfiq eċċessiv mill-fondi tal-Knisja biex jiġi konvertit razzett antik li jinsab barra ż-Żona tal-Iżvilupp (ODZ) fil-Buskett, f’residenza lussuża għall-Eċċellenza Tiegħu l-Arċisqof Charles Ġuda Scicluna.

Charles Ġuda qed jiġi kritikat ukoll minn Fr. David Muscat, mill-Prof. Andrew Azzopardi, minn Paul Bonello, li saħansitra talbu pubblikament jiddimetti.

Ta’ min ifakkar li Charles Ġuda Scicluna diġà jgħix f’Palazz fl-Mdina li wkoll huwa ffinanzjat mill-Kurja.

X’differenza min kif twieled u għix Sidu Ġesù Kristu! Twieled f’maxtura ġo għar u miet msallab ma salib!


1 Comment
miton1955@gmail.com