F’diskors partiġġjan f’attivita politika tal-Partit Nazzjonalista, l-ex Direttur Ġenerali tal-Malta Employers Association, Joe Farrugia, ta stampa ferm negattiva tal-ekonomija Maltija.

Waħda mill-affarijiet li Joe Farrugia kkritika ħafna hu l-fatt li f’pajjiżna ġew ħafna ħaddiema barranin u ta x’jifhem li jemmen li din xi ħaġa ħażina. Dan meta kemm dam imexxi l-Malta Employers Association kien fuq ta’ quddiem isostni li għandhom jiġu aktar ħaddiema barranin u jħeġġeġ lill-Gvern biex jiffaċilita regolamenti.
Dan jixhduh diversi rapporti, uħud saħansitra li saru għaxar snin ilu u oħrajn ippublikati ftit qabel irtira mill-MEA. Imma issa jidher li biddel l-opinjoni kompletament, u minn tajbin sar jara l-barranin bħal ħżiena.


1 Comment
Ta’ min tistaqsu dan lill-star candidate tal-PN. Veru li f’wahda mill-laqghat tal-MCESD, is-Sur Joe Farrugia (dakinhar jirrapprezenta lill-Malta Employers Association) kien hareg qatta bla habel kontra proposta li kien ressaq il-gvern Laburista ghall-ewwel darba. Tafu x’kienet? Li qraba ta’ dawk morda bil-kancer li jkollhom bzonn kura barra minn Malta, jistghu jiehdu leave specjali biex jmorru maghhom.
Temmnu?